Barranin
ARA: ‘Sajda’ mhux tas-soltu minn pixxina ta’ lukanda fl-Italja

Każ mhux tas-soltu fl-Italja, fejn pixxina ta’ lukanda kellha titbattal biex tkun tista’ tittella’ karozza lussuża li spiċċat fiha.

Il-każ seħħ f’Forte dei Marmi, meta żewġ żgħażagħ li kienu qed isuqu Cadillac tilfu l-kontroll tagħha.

Il-karozza baqgħet dieħla f’ċint ta’ lukanda, qalbitu, u baqgħet nieżla dritt għal ġol-pixxina tal-istess lukanda.

B’xorti tajba ħadd ma weġġa’, u l-uniku inkonvenjent kien għal sidien il-lukanda, li spiċċaw b’ħajt imkisser u pixxina vojta.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Fir-Renju Unit telgħu għal tmienja l-politiċi s’issa, li daħlu fit-tellieqa biex jieħdu post Theresa May bħala Mexxej tal-Partit Konservattiv wara li ħabbret li se tirriżenja fi żmien ġimagħtejn oħra. Il-mexxej…

Barranin

21 stat membru tal-Unjoni Ewropea llum qed jivvotaw biex jeleġġu l-ewroparlamentari li se jirrapreżentaw lill-pajjiżhom fil-Parlament Ewropew. Il-Ħamis ivvutaw l-Olanda u r-Renju Unit li kellu jipparteċipa f’dawn l-elezzjonijiet minħabba li…

Barranin

Fir-Renju Unit bdiet it-tellieqa għall-mexxej tal-Partit Konservattiv li jmiss, wara li lbieraħ, Theresa May ħabbret li se tirriżenja x-xahar id-dieħel. Din l-elezzjoni mhux se tirriżulta biss f’mexxej ġdid tal-partit, imma…

Barranin

Mill-inqas 8 persuni ndarbu wara li pakkett suspettat b’bomba sploda fiċ-ċentru tal-belt Franċiża ta’ Lyon. Lyon hi t-tielet l-ikbar belt fi Franza. Il-Pulizija ssiġillaw ix-xena tal-inċident u bħalissa fuq il-post…

Aktar