Barranin
ARA: Sajjied isib żewġt iħlejjaq tal-art jgħumu f’nofs ta’ baħar

Fuq xi menù tipiku Taljan x’aktarx issib il-platti mifruda skont jekk humiex tal-art (di terra) jew tal-baħar (di mare).

Sajjied Sqalli iżda ltaqa’ ma’ xena mhux tas-soltu, meta dak li suppost ikun taħt it-taqsima tal-art spiċċa fit-taqsima tal-baħar.

Meta kien bejn sema u ilma, mal-5 mili ‘l barra mill-art, Gianluca Passarella lemaħ dak li ħaseb li kien kelb il-baħar.

Meta resaq iktar viċin iżda bilkemm seta’ jemmen lil għajnejh, għax sab żewġt iħnieżer selvaġġi, magħrufa bit-Taljan bħala chingiali.

Passarella beda jimmanuvra d-dgħajsa biex jipprova jiggwida l-ħnieżer, x’aktarx għajjenin u bil-għatx, biex jgħumu lejn l-art.