Barranin
ARA: Sajjied Taljan jiltaqa’ ma’ kelb il-baħar enormi f’Lecce

Sajjied Taljan bilkemm seta’ jemmen lil għajnejh meta lemaħ kelb il-baħar enormi jgħum fil-wiċċ biswit id-dgħajsa tiegħu s-Sibt li għadda.

Stefano Tamburrella kien qed jistad waħdu f’largo di Frigole, f’Lecce, meta ltaqa’ ma’ din ix-xena.

Huwa u jiġbed il-filmat Tamburrella jinstema’ jistgħaġeb, u xi ftit biża’ ma naqsitx. Jiddeskrivi l-ġurnata bħala waħda “indimentikabbli.”