Barranin
ARA: Salvat it-8 tifel mill-għerien fit-Tajlandja

Illum inħarġu ħajjin erbat itfal oħra u b’hekk issa telgħu għal tmienja s-subien li nħarġu qawwijin u sħaħ. Il-ħidma ta’ salvataġġ mistennija tkompli għada bit-tama li jinħarġu l-aħħar erbat itfal u l-kowċ tagħhom.

Waqt li t-Tazza tad-Dinja riesqha lejn tmiemha, x’aktarx li bħalissa l-aktar tim fuq moħħ kulħadd hu il-‘Wild Boars’ li miegħu jilagħbu t-tfal Tajlandiżi li ntilfu għal ġimagħtejn sħaħ fl-għerien u għalkemm instabu mhux faċli joħorġu minnhom.

Sa issa nħarġu tmienja mit-tnax-il tifel ta’ 12-il sena, bl-għaddasa tal-qawwa navali Tajlandiża jittamaw li l-aħħar erbat itfal u l-kowċ tagħhom jinħarġu fit-tielet u l-aħħar fażi ta’ din l-operazzjoni delikata.

Bħall-ewwel erba’ itfal, is-subien li nħarġu fl-aħħar sigħat ittieħdu minnufih fi sptar fit-Tramuntana tat-Tajlandja u tqiegħdu taħt kwarantina minħabba l-biża’ ta’ xi infezzjonijiet. Il-Ministru tal-Intern Tajlandiż qal li t-tfal li nħarġu jinsabu f’kundizzjoni tajba. Żied jgħid li l-vjaġġi għall-ħruġ mill-għar qed idumu madwar ħames sigħat u nofs, ferm inqas mill-ħdax-il siegħa li kienu qed jieħdu l-għaddasa l-ġimgħa li għaddiet biex iwaslulhom il-provvisti.

Skont l-esperti tat-temp, it-theddida tax-xita qalila li tista’ tkompli tiggrava l-ħidma ta’ salvataġġ m’għadix qawwija daqskemm kien maħsub qabel. Minkejja dan, bejn il-Ħadd u t-Tnejn il-livell tal-ilma fl-għerien żdied bi ftit iżda ma jidhirx li fixkel il-ħidma ta’ salvataġġ li d-dettalji tagħha qed jibqgħu pjuttost mistura.

Ara wkoll:

Tibda l-operazzjoni biex jinħarġu t-tfal maqbuda f’għar fit-Tajlandja

Aħbarijiet Oħra
Temp

Fil-Ġappun aktar minn 30 persuna tilfu ħajjithom u mijiet oħra jinsabu l-isptar għall-kura kawża tas-sħana qawwija li ilha għaddejja sebat’ ijiem. It-temperatura qed tlaħħaq kważi 41 grad celcius li hija…

Annimali

Klieb ta’ razez differenti nġabru f’Londra biex jieħdu sehem fl-iswimming gala organizzata minn rover.com. Christopher Cederskog minn rover.com qal li l-klieb minbarra li jħobbu jesploraw kull fejn ikunu għandhom għal…

Barranin

It-traġedja f’Missouri tard ilbieraħ wara l-għarqa ta’ dgħajsa bit-turisti ħalliet 17-il vittma li disa’ minnhom huma mill-istess familja. Il-gvernatur ta’ Missouri Michael Parson qal li Tia Coleman ikkonfermat miegħu li…

Barranin

Bosta artisti ngħaqdu flimkien fit-Tajlandja biex ħolqu kapulavur mill-isbaħ bix-xibhat tal-eroj li salvaw lit-12-il tifel u l-kowċ tagħhom mill-mewt, wara li nqabdu f’għar perikoluż fit-Tajlandja. Il-pittura tpittret ma’ ħajt f’Chiang…

Aktar