Barranin
ARA: Saq gaffa għal ġo lukanda wara li ma tħallasx ta’ xogħlu

Ftit jiem qabel l-inawgurazzjoni tal-ftuħ ta’ lukanda f’Liverpool, ħaddiem baqa’ dieħel intenzjonalment fil-faċċata tal-binja b’digger.

Diversi sorsi qed jirrappurtaw li ħaddiem li ma baqa’ ma tħallasx ta’ xogħlu mill-kuntrattur tal-lukanda Travelodge, iddeċieda jsuq il-gaffa għal ġol-binja bi protesta.

Il-ħaddiem ikkawża ħsarat estensivi fil-faċċata tal-binja u jidher li persuna ndarbet ħafif fl-inċident.

Il-pulizija u xi uffiċjali tal-protezzjoni ċivili marru fuq il-post biex jivverifikaw li s-sit kien sigur.

Wara l-ħerba li għamel il-ħaddiem ipparkja l-gaffa u telaq minn fuq il-post.

Jidher li l-ħaddiem kien imissu jitħallas £600. Il-pubbliku ddeċieda joħloq crowd funding page biex jiġbor xi donazzjonijiet biex jingħataw lill-ħaddiem imdejjaq. Sa ftit tal-ħin ilu, is-somma li nġabret kienet ta’ £690.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Għall-imprenditur Taljan Alberto Vazzoler, li jaħbi €40,000 f’torta nejja kienet probabbli waħda mill-agħar deċiżjonijiet li qatt għamel. Dan għaliex mhux biss il-flus spiċċaw maħruqa fil-forn meta s-sieħba sabet l-istrudel u…

Barranin

F’Kalifornja, David u Louise Turpin weħlu għomorhom il-ħabs wara li nstabu ħatja li rabtu, ittorturaw u qaflu lit-13-il wild tagħhom. Il-każ imur lura għas-sena l-oħra meta tifla tal-koppja Turpin, li…

Barranin

Il-Pulizija Irlandiża ppubblikat filmati minn kameras tas-sigurtà li juru l-mumenti qabel inqatlet il-ġurnalista Lyra McKee ta’ 29 sena nhar il-Ħamis li għadda. Mc Kee, li kienet qed tirrapporta minn Derry,…

Aktar