Lokali
ARA: Jerġa’ jsuq mutur għall-ewwel darba wara l-inċident

Is-Surġent Simon Schembri, dilettant kbir tal-muturi, kellu jirrinunzja d-delizzju li tant kien għal qalbu wara li tilef dirgħajh fl-attentat ta’ qtil miż-żagħżugħ Liam Debono.

Bħala turija ta’ apprezzament għall-kuraġġ li wera f’xogħlu u x-xogħol siewi li għadu jagħmel, bis-saħħa tal-Good Causes Fund, il-Ministru għall-Finanzi laqa’ t-talba biex is-Surġent Schembri jingħata mutur modifikat apposta għalih biex ikun jista’ jsuqu.

Ġie ppreżentat ukoll b’għodda importanti, li se tgħinu biex jikkontrolla u jsuq il-mutur. Viżibbilment emozzjonat, Simon Schembri rringrazzja lil dawk kollha li tawh u għadhom qed ituh appoġġ.

Fil-15 ta’ Mejju 2018, Schembri sofra 66% diżabbiltà wara li ttajjar minn Liam Debono.

Preżenti għas-serata kien hemm il-Ministru Michael Farrugia.

Intant, filmat li ttella’ iktar tard mill-Blue Light Foundation, juri lil Schembri jsuq il-mutur.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-kumpanija tal-gaming BET365 ikkonfermat il-pjan tagħha biex tkabbar l-operat tagħha f’Malta billi tirriloka wħud mill-attivitajiet tagħha minn Ġibiltà lejn Malta. Il-kumpanija li kellha uffiċini f’Malta u f’Ġibiltà b’liċenzja biex topera…

Partit Nazzjonalista

Il-Partit Nazzjonalista qal li l-Ombudsman laqa’ t-talba tiegħu u lest jinvestiga l-kontijiet tad-dawl u l-ilma li l-famiji qed ikollhom iħallsu. Il-Viċi Kap Nazzjonalista David Aguis flimkien mal-kandidati għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew…

Storja

Fl-2018 saru s-siti storiċi ta’ Heritage Malta 1.6 miljun turist, żieda ta’ madwar 400,000 ruħ meta mqabbel mas-sena ta’ qabel.  Din iż-żieda fil-viżitaturi tirrifletti wkoll fid-dħul finanzjarju tal-aġenzija li s-sena…

Edukazzjoni

Il-Gvern għadda lill-Università ta’ Malta madwar sittin tomna ta’ art, bil-Prim Ministru Joseph Muscat jgħid li dan huwa l-ikbar investiment kapitali li qatt sar fl-Università. B’dan il-ftehim, l-Università ta’ Malta…

Aktar