Barranin
ARA: Sejba fl-Antartiku li qed tħawwad l-imħuħ

In-NASA rrilaxxat ritratt meħud fl-Antartiku li qed iħawwad bosta mħuħ.

Ir-ritratt juri silġa kbira ta’ dimensjonijiet rettangolari perfetti fil-baħar Weddell, fl-Antartiku.

Is-silġa bħallikieku ġiet maqtugħa b’perfezzjoni u ndaqs min-naħa għall-oħra.

Ir-ritratt ittieħed mix-xjentisti tan-NASA u qalu li dak li raw b’għajnejhom hija tabular iceberg – silġa kbira, ċatta u twila li tifforma meta tinqata’ minn mat-truf tal-ice shelves.

L-esperti jaħsbu li l-iceberg tilħaq il-1.6km fit-tul u bħal kwalunkwe iceberg oħra, dak li jidher fil-wiċċ huwa biss farka minn dak li jinsab taħt l-ilma.