Lokali
ARA: Semgħu ċaqliq fil-bini u ħarbu lejn taraġ biex joħorġu mill-blokka

Tard il-bieraħ filgħaxija, fit-Telgħa ta’ Gwardamanġa, ċeda bini li jmiss ma’ sit ta’ kostruzzjoni. Konsegwenza ta’ hekk waqgħu 3 appartamenti mibnija fuq xulxin. Jidher li ħadd ma’ weġġa’, anke jekk fl-appartamenti kienu joqogħdu n-nies.

L-inċident kien irrappurtat għall-ħabta tal-10.40pm.  Minnufih, iż-żona ġiet evakwata, bil-Pulizija u membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili bdew jivverifikaw li fil-binja ma kienx fadal persuni u li kulħadd kien qawwi u sħiħ.

Fuq il-post, kommossjoni kbira min-nies taż-żona li ma’ TVM esprimew rabja kbira lejn l-effetti tal-kostruzzjoni. Is-sit maġenb il-bini li ġġarraf kien qed jinbena, bil-kostruzzjoni għadha ma laħqitx il-livell tat-triq.

Daqs 10 minuti wara li l-binja ġġarrfet, reġa’ nstema’ ħoss ieħor ta’ aktar ġebel jaqa’. Il-knatan laħqu sa nofs it-triq u radmu vann li kien ipparkjat quddiem l-appartamenti. Mit-triq, evidenti l-ħsara estensiva li ġarrbet il-binja u l-konsenturi fil-ħitan tal-appartamenti li jagħtu għal ġewwa.

Ħidmet il-Pulizija fuq il-post kienet kordinata mis-Supretendent Joe Hersey u l-Ispettur Robert Vella mid-Distrett tal-Ħamrun. Assistew Pulizija oħra mit-Taqsima tal-Rapid Intervention Unit u tad-Distrett. Preżenza wkoll ta’ tim mediku u ħaddiema tal-Enemalta li neħħew il-periklu ta’ wires bl-elettriku li nġibdu minn mal-faccata kawża tat-tiġrif tal-bini.

Jidher li b’xorti tajba fil-kmamar tal-appartamenti li ġġarrfu ma kien hemm ħadd. L-appartamenti kienu abitati iżda nies ma nzertawx fil-partijiet li waqgħu. Residenti qalu li kif semgħu iċ-ċaqlieq fil-bini ħarbu lejn taraġ u ħarġu mill-bieb tal-blokka.

Resident ikkummenta li għalih kienet grazzja kbira li mhux trab bħal ġebel li spiċċa fit-triq. Il-binja nvoluta tinsab ftit ‘l isfel mill-ex kamra mortwarja tal-Isptar San Luqa.

L-awtoritajiet qed jinvestigaw, bil-Pulizija għalqu t-triq bil-barrikati.

Ara wkoll:

AĠĠORNAT: “Grazzja kbira li m’inix trab bħal dak il-ġebel” – resident

 

Aħbarijiet Oħra
Knisja Maltija

Tfaqqa kontroversja taħraq dwar il-kwadri fil-Knisja ta’ Ħal Kirkop. Dan wara li fil-festa ta’ San Ġużepp, ix-xahar li għadda l-Kappillan ħabbar li l-Kurja approvat li l-pittura tal-Madonna tad-Duluri li hemm…

Sport

Minn footballer professjonali għal DJ idur mad-dinja b’tours relatati mal-mużika. Dan mhu ħadd ħlief l-ex plejer internazzjonali Taljan, l-attakkant Christian Vieri. Huwa kien Malta għal ftit ħin fejn kien fost…

Kurżitajiet

F’Hollywood tħabbret il-mewt tal-attur u producer Peter Fonda fl-età ta’ 79 sena. Huwa miet wara battalja mal-kanċer. Fonda jibqa’ l-iktar magħruf għall-film li ħadem fih, kiteb u produċa fl-1969 –…

Edukazzjoni

L-Istitut għall-Istudji Turistiċi qal li wara kampanija li nieda żdied sew l-interess għal korsijiet full-time li joffri. L-ITS qal li kellu żieda ta’ iktar minn 50% fl-applikazzjonijiet meta mqabbel mas-sena…

Aktar