Lokali
AĠĠORNAT: Jinqabad ir-raġel li allegatament seraq iċ-ċwievet lil Moira Delia

Ir-raġel barrani li allegatament seraq iċ-ċwievet lil Moira Delia minn appartament f’San Ġiljan inqabad mill-Pulizija ftit inqas minn 6 siegħat li jidher li wettaq ir-reat.  Huwa ġie nterrogat mill-Pulizija u għada mistenni jitressaq il-Qorti.

Kellha tibda l-ġurnata b’dawra bil-klieb tal-ġara meta Moira Delia b’ġest ta’ ħbiberija minħabba li għada l-ġara se tagħmel operazzjoni.  Iżda s-suppost passiġġata ħadet żvolta meta Moira ma ratx iktar iċ-ċwievet tal-appartament tal-ġara u minnufih issuspettat f’raġel barrani li daħal magħha fil-blokka.

Moira qalet lil TVM li kienu għall-ħabta tad-9.00am meta daħlet fil-blokka tal-appartamenti f’San Ġiljan u lemħet lill-barrani dieħel ukoll.  Għall-ewwel ma qanqlilha ebda suspett, iżda meta kienet aljenata tlilbbes il-kullar lill-klieb, irrakkuntat kif ir-raġel allegatament seraq iċ-ċwievet.

Hija rat kif għamlet biex tiffaċċjah f’tentattiv biex jagħtiha ċ-ċwievet lura kif jixhed dan il-filmat li ħadet meta bdiet titolbu jagħtiha ċ-ċwievet lura.

Moira allegat ma’ TVM li mhux biss seraq iċ-ċwievet, imma qalet li ħa xi oġġetti oħra li kien hemm fil-komun u wettaq ukoll xi vandaliżmu fid-daħla tal-blokka tal-appartamenti.

Minkejja li beżgħat li seta’ kien armat, Moira ċemplet għall-għajnuna lil xi familjari, li flimkien baqgħu jippersistu mal-barrani biex jagħtihom iċ-ċwievet.  Qalet li meta qalulu li kienu se jċemplu lill-Pulizija, ir-raġel ħareġ iċ-ċwievet mill-but ta’ wara tal-qalziet u ħarab minn fuq il-post.

Moira appellat lil min jgħix f’appartament biex joqgħod attent minn xi persuni li ma joqogħdux fil-blokka u ma jħallux il-bieb ta’ barra miftuħ.  Hija qed tittama li l-Pulizija jsibu lir-raġel u jieħu l-passi fil-konfront tiegħu tar-reat li wettaq.

Aħbarijiet Oħra
Infrastruttura

Wara d-dehra mill-isbaħ li ħadet il-funtana ta’ Tritoni bis-saħħa tar-restawr, persuni li fl-aħħar jiem ittawlu fil-funtana kienu ddiżappuntati meta nnutaw li l-qiegħ kien qed jittebba’ xi ftit. It-tebgħat jidhru donnhom…

Kultura

Il-kantanta Taljana Francesca Alotta tinsab Malta biex għada tkanta flimkien mal-istudenti tal-iskola Mater Boni Consilii Saint Joseph, Raħal Ġdid, f’kunċert b’risq l-Istrina. F’intervista ma’ TVM, Francesca Alotta tkellmet fuq esperjenzi…

Qorti

Żewg Egizzjani li kienu fi triqithom lejn pajjizhom bil-flus li tawhom kollegi taghhom biex jghadduhom lill-familji, spiċċaw fil-għali. Huma ġew akkużati li kienu qed iġorru flus iktar milli tippermetti l-liġi….

Kisbiet

Għandha 93 sena, u kienet fost l-ewwel nisa li servew bħala deputati fil-Parlament. Ann Agius Ferrante, li kienet bint l-ex avukat ġenerali Philip Pullicino, tirrakkonta mumenti ħelwin kemm mal-ex Prim…

Aktar