Mużika
Ara: Sfond sempliċi iżda vuċi profonda għal Destiny

Wara ftuħ spettakolari għall-aħħar, il-finali ta’ ‘X Factor Malta’ ssoktat bil-kanzunetti oriġinali tal-erba’ kontestanti.

Liema fażi, infteħet b’Destiny, li għadha kemm saħħret ‘l-eluf preżenti llejla l-MFCC bil-vuċi profonda li tant tikkaratterizzaha.

U, minkejja l-eċitament li aktarx li f’dan l-istadju qed jaħkem xi ftit jew wisq lill-finalisti, lil Destiny xejn ma xekkilha milli tinterpreta “Save the hero” b’suċċess. Liema kanzunetta, kitbitha hi stess.

Tista’ tivvota għal Destiny fuq 5061 4401