Barranin
ARA: Siefret għall-ewwel darba u ppruvat titla’ fuq l-ajruplan mal-bagalji

Mara fit-Turkija li kienet qed issiefer għall-ewwel darba ppruvat titla’ fl-ajruplan mill-conveyor belt tal-bagalji.

Il-każ seħħ f’ajruport ġdid f’Istanbul, fejn l-inċident imbarazzanti ta’ din il-passiġġiera nqabad fuq filmat minn kamera tas-sigurtà.

Il-mara marret mal-iskrivanija taċ-check-in, u wara li daħħlet il-bagalji u ngħatat il-biljett, ipprovat tgħaddi wara l-bagalji.

Iżda malli rifset fuq il-conveyor belt, mill-ewwel tilfet il-bilanċ u waqgħet għal dahrha, fejn tidher se taqbad tippanikkja meta tara l-bokka quddiemha u tinduna li qiegħda fil-post il-ħażin.

Il-ħaddiema dehru wisq skantanti biex iwaqqfu lill-mara qabel m’għamlet din iċ-ċuċata, li żgur se tibqa’ tiftakarha għomorha kollu.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Bħal ommok ma ssib qatt. Partikolarment, tkun għadek ħalib ommok fi snienek, aktarx li ommok ma titilqekx minuta minn magħha. Magħha, tħoss li ma jonqsok xejn. Madanakollu, iċ-ċirkostanzi mhux dejjem…

Barranin

Is-CNN qed jirrapporta li George Floyd, l-Afro Amerikan li nqatel minn pulizija f’Minneapolis, fl-Amerka, kien infettat bil-Coronavirus. Henneoin County, li għamlu l-awtopsja fuq Floyd sabu li l-vittma kien infettat bil-Covid-19…

Barranin

Waqt li l-Gvern Spanjol beda jerħi wħud mill-aktar restrizzjonijiet ebsin kontra l-virus, l-isptar del Mar f’Barċellona ħa inizjattiva li jieħu lill-pazjenti bil-coronavirus ħdejn il-baħar. Tim mediku mill-isptar Hospital del Mar,…

Barranin

Għat-tmien lejl konsekuttiv, ħafna mit-toroq ewlenin tal-istati Amerikani ma raqdux, hekk kif issuktaw il-protesti għall-qtil mill-Pulizija ta’ George Floyd. Fl-aħħar sigħat, il-vjolenza naqset, b’ħafna mill-protesti kienu paċifiċi. Waħda mill-akbar protesti…

Aktar