Lokali
Ara: Is-sigriet kontra l-kanċer – li jibqa’ pożittiv u jibqa’ jaħdem

Raymond Cutajar ilu snin jissielet mal-marda tal-kanċer, iżda din mhix ser taqtagħlu qalbu biex jgħix ħajtu fil-milja tagħha. Ray kien ħaseb li fieq mill-kanċer iżda ftit jiem ilu ngħata l-aħbar li l-kanċer reġa’ tfaċċa.

Raymond Cutajar magħruf f’Birżebbuġa bħala l-Mundu, ilu sitt snin jissielet mal-marda tal-kanċer. Ftit tal-ġimgħat ilu ħa aħbar tajba li l-kanċer kien sparixxa wara li kien jilgħabha bejn ħajja u mewt.

Madankollu ftit tal-jiem ilu, reġgħu sabulu traċċi żgħar tal-kanċer. Minkejja l-marda, u żjarat ta’ kull ġimgħa fl-isptar tal-onkoloġija, Raymond jibqa’ pożittiv. Qal li mhux se jaħli ħin joqgħod jibki f’rokna, imma sakemm itih in-nifs, jibqa’ attiv u jgħix il-ħajja.

Raymond Cutajar qal li “issa mbilli ninkwieta, ġejt u bdejt narma, u nkompli narma, u li nixtieq nixtireh, innaddaf id-dar u nibqa’ għaddej bil-ħajja u ħallieh iħabbat.”

Raymond li huwa missier ta’ żewġt itfal. F’Birżebbuġa huwa magħruf ħafna għall-passjoni li għandu għall-parroċċa ta’ San Pietru fil-Ktajjen. Għal Raymond il-jiem tal-Ġimgħa Mqaddsa huma speċjali u bħalissa għaddej bl-aħħar irtokki fil-kappella li għamel hu stess fid-dar tiegħu.

Ray jemmen li sakemm jista’ jiċċaqlaq se jibqa’ attiv u ma joqgħodx jaħseb fuq li għandu.

“Dik li ma jkolli nagħmel xejn ittini rasi, mhux li għandi, il-bqija kif tiġi ħudha, u mmexxu, issa jew mal-ħajjin jew mal-mejtin” qal Raymond.

Ray qal li minkejja t-tbatija, il-filosofija ta’ ħajtu hi li japprezza kull nifs li jieħu, u jemmen li dan kien is-sigriet li sa issa żammu ħaj.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Uffiċjali tad-Dwana stazzjonati fl-ajruport qabdu mad-€19,000 fi flus mhux iddikjarati waqt kontrolli ta’ rutina fis-sala tat-tluq. Passiġġiera Maltija li kienet se taqbad titjira lejn Istanbul ġiet mistoqsija jekk jekk kellhiex…

Budget

Il-Kap Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni Għawdxija għat-Turiżmu, Joe Muscat, jitkellem dwar dak li l-GTA qed tistenna mill-baġit 2019:

Ambjent

Il-Gvern qassam aktar minn tliet mitt siġra lil seba’ kunsilli lokali. Il-lokalitajiet: il-Marsa, l-Imdina, il-Fgura, il-Gudja, Santa Luċija, il-Ħamrun u San Ġiljan ingħataw is-siġar fuq talba tagħhom stess biex ikomplu…

Budget

Il-Kap tal-Politika tal-Kamra tal-Kummerċ, Andre Fenech, jitkellem dwar dak li qed tistenna l-Kamra mill-baġit 2019:

Aktar