Lokali
ARA: Siltiet minn Il-Kbir Għadu Ġej

Ilbieraħ ittella’ l-ewwel musical ta’ Il-Kbir Għadu Ġej. Kienu bosta li marru jarawh fosthom personalitajiet Maltin.

Dawk li marru jarawh kellhom kliem ta’ tifħir u żgur li jħajruk biex tmur u tarah.

Il-musical huwa miktub minn Malcolm Galea filwaqt li d-direzzjoni hija ta’ Sean Buhagiar. L-arranġamenti mużikali u l-live band huma taħt id-direzzjoni ta’ Maestro Dominic Galea.

Ħafna mill-kanzunetti ta’ Freddie Portelli huma parti mill-memorja kollettiva ta’ dan il-pajjiz; Mur Ħallini tista’ tgħoddha bħala l-aktar kanzunetta Maltija rock n’ roll magħrufa li qatt inkitbet. Fil-musical nisimgħu ħafna aktar suċċessi ta’ Freddie fosthom Viva Malta, Xewqat Sbieħ, Se Jkolli Nemmen u Għal Dejjem, iżda nisimgħu wkoll kanzunetti popolari oħra bħal Bħalek Hawn Kemm Trid, Ma Taħraqni B’Xejn u Dak ir-Rock ‘n’ Roll.

Wieħed jista’ jaqta’ l-biljetti minn hawn.

Ara wkoll:

Ħajjet Freddie Portelli tispira l-produzzjoni Il-Kbir Għadu Ġej

Aħbarijiet Oħra
Sajd

Idejh jafu jinsġu l-qasab għan-nases, anke b’għajnejh magħluqa. Bis-sengħa tan-nases fid-demm, Ġanni Xuereb, magħruf bħala Ġanni l-Pipi, illum jgħodd iktar minn 90 sena, u għadu ma telaqx in-namra max-xogħol tiegħu, …

Edukazzjoni

Is-sajf wasal biex jintemm u dħalna fl-aħħar ġimgħa qabel ma jerġgħu jibdew l-iskejjel. Iżda x’inhuma s-sentimenti tal-ġenituri u l-istudenti dwar l-bidu tas-sena skolastika ġdida? TVM tkellem mal-ġenituri u l-istudenti. Mal-wieħed…

Lokali

Waqt l-aħħar tislima li ngħatat lil Enrica lbieraħ fil-knisja ta’ San Ġiljan, inġabru €10,000 għal Puttinu Cares. Enrica kienet tgħożż il-familja ta’ Puttinu li tant tawha kuraġġ u sabar waqt…

Edukazzjoni

The Rotary Malta Clubs are calling for applications from residents of Malta wishing to pursue a post-graduate degree. The scholarship offered to Maltese residents is worth $ 30,000 and is…

Aktar