Barranin
ARA: Sindku fl-Italja jġorr l-imwejjed waqt ‘picnic’ illegali

Is-Sindku ta’ Minori, fl-Italja, intervjena mal-Pulizija biex jitwaqqfu grupp ta’ żgħażagħ li kienu qed jiksru r-restrizzjonijiet tal-Covid-19.

Iż-żgħażagħ, li jiffurmaw parti mill-moviment Io Apro, li qed jirribella kontra miżuri ta’ lockdown, ramaw l-imwejjed u s-siġġijiet max-xatt tal-kosta Amalfitana.

Filmat li xxandar fuq l-internet juri liż-żgħażagħ jargumentaw mal-Pulizija, bis-Sindku jaqbad l-imwejjed u jġorrhom hu stess biex iwaqqaf il-picnic.

Ara wkoll:

L-Italja f’lockdown strett fil-jiem tal-Għid