Annimali
ARA: Skola f’Ħal Kirkop tilqa’ mal-elfejn għasfur

Tliet assoċjazzjonijiet tad-delettanti tal-għasafar ingħaqdu flimkien biex tittella’ wirja bi kważi elfejn għasfur. Il-wirja qed issir fil-Kulleġġ San Benedittu f’Ħal Kirkop.

L-Assoċjazzjonijiet Bird Breeder, Malta Cage Birds u Song Birds ingħaqdu flimkien biex għall-ewwel darba flimkien tellgħu wirja ta’ madwar elfejn għasfur fil-Kulleġġ San Benedittu f’Ħal Kirkop.

Bejniethom l-assoċjazzjonijiet ġabru flimkien 130 esebitur, li b’reqqa u attenzjoni kbira jrabbu dawn l-għasafar biex bihom jikkompetu f’diversi kategoriji.

Il-ġurija din id-darba kienet magħmula minn esperti Skoċċiżi, Taljani, Belġjani u Maltin, bl-għasafar rebbieħa ser jintbagħtu l-Portugall għall-kampjonat mondjali. Il-wirja ser tkun miftuħa s-Sibt u l-Ħadd.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, qal li hu għadu l-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista. “Kien hemm aħbarijiet fuq il-midja li diġà Kap tal-Oppożizzjoni ġdid u ssemmiet l-Onorevoli Therese…

Politika

Fl-aħħar sigħat il-President ta’ Malta George Vella ltaqa’ ma’ diversi deputati tal-Partit Nazzjonalista fil-Palazz ta’ Sant’ Anton. Fost id-deputati li diġà kellhom laqgħa mal-President Vella kien hemm Beppe Fenech Adami,…

Politika

Il-vot ta’ sfiduċja f’Adrian Delia mid-deputati Nazzjonalisti ħoloq xenarji ġodda b’opinjonisti jgħidu li din is-sitwazzjoni kompletament ġdida fl-istorja politika ta’ Malta. Fil-programm Ras imb’ Ras fuq TVM, l-opinjonist Dr Mario…

Aktar