Kurżitajiet
ARA: Spettaklu bil-barri u l-atleti t-tnejn rebbieħa

L-arti tal-lotta mal-barri, tul is-snin saħħret u ispirat artisti, ħassieba u kittieba kbar, bħal Picasso, Hemmingway, Garcia Lorca u Vargas Llosa. Fil-jiem sħan tas-sajf, fl-irħula u bliet Spanjoli jiġu organizzati attivitajiet, fejn il-protagonist huwa l-barri bravo Spanjol, imrobbi fil-ftuħ tal-pjanuri Spanjoli, imnissel mill-aqwa barrin, daqslikieku kien żiemel tat-tiġrija jew kelb tal-wirjiet, u magħruf għaliex huwa qalbieni.

Għalkemm l-arti tal-lotta mal-barri b’ torero hija dik l-aktar magħrufa, hemm użanzi oħrajn, inqas famużi barra l-peniżola Iberika, iżda li xorta waħda jagħtu spettaklu lill-pubbliku. Waħda minnhom hija l-prattika tar-recortadores, fejn xi rġiel jagħtu spettaklu bil-kapaċitajiet tagħhom sabiex b’movimenti inġenjużi jevitaw il-qrun li ma jaħfirx tal-barri. B’differenza għall-barrin tal-lotta b’torero, dawn il-barrin ma jinqatlux. Din il-prattika tar-recortadores hija popolari l-aktar fir-reġjun ta’ Valencia.

Għalkemm Spanja, huwa forsi l-aktar pajjiż fl-Ewropa fejn l-arti mal-barri hija magħrufa, din il-prattika ssir ukoll fuq bażi regolari ġewwa l-Portugal u fi Franza. Il-lotta mal-barri l-aktar magħrufa fil-Portugall hija dik tal-forcados fejn, grupp ta’ tmien irgiel jaħkmu l-bhima, wara li l-mexxej tagħhom jistiedenu biex jagħti s-salt. Il-mexxej min-naħa tiegħu jaqbad il-barri minn qrunu, filwaqt li l-membri l-oħra jrażnuh sakemm dan jiġi miżmum f’post wieħed, bl-aħħar forcado jkun dak li jkun qed iżomm il-barri minn dembu. L-inċidenti u l-fatalitajiet tal-forcados mhumiex rari, għalkemm ħafna drabi l-qrun tal-barri jkunu mgħottija b’ġilda apposta.

Għal ħafna Maltin, festa ma tkunx festa jekk ma jkunx fiha l-logħob tan-nar, u żgur li għal ħafna fi Spanja, festa ma tkunx festa mingħajr il-barri.

Aħbarijiet Oħra
Ikel

Daqsxejn bigilla tajba ma’ xi kisra ħobż friska li tkun għadha ħierġa mill-forn, min ma taqagħlux żaqqu għaliha? Sempliċi għall-aħħar. Ma tridx xi għerf ta’ barra minn hawn biex tagħmilha….

Edukazzjoni

Minn żmien għal żmien, il-moda tinbidel. U, bħalha, il-mudelli jmorru u jiġu wkoll. Il-mudelli tal-kitba, iżda, mhux talli ma jinbidlux, talli dejjem hemm biex jagħtuna daqqa t’id biex kemm jista’…

Eurovision

Illum Eliana ser tkun qed titla’ fuq il-palk tal-Junior Eurovision Song Contest għall-ewwel darba. Ilbieraħ wara ċ-ċerimonja tal-ftuħ sirna nafu li Malta ser tkun qed tkanta fit-8 post, eżatt fin-nofs…

Aktar