
Barranin
ARA: Spiċċa ġo pixxina friżata biex isalva kelb f’Texas
La l-bnedmin u lanqas l-annimali li jgħixu f’Texas m’huma mdorrija bil-borra u s-silġ li ksew lil dan l-istat fl-aħħar jiem.
Minħabba li dan it-tip ta’ maltemp mhuwiex komuni, ir-residenti ma kinux ippreparati għal temperaturi tant kiesħa, fejn anki spiċċaw bla dawl u bi problemi biex isaħħnu djarhom minħabba li s-sistemi tal-elettriku ma bdewx ilaħħqu mad-domanda.
Filmat partikolari juri d-dilemma ta’ Dan Holmes, li l-kelb tiegħu waqa’ f’pixxina friżata, fejn f’mument ta’ paniku ma kienx jaf kif se jilħqu.
Għalkemm ipprova jinżel ċatt u jiġġebbed għalih, il-piż ta’ Homes kien wisq għall-wiċċ fraġli tas-silġ, bir-raġel spiċċa jogħdos bħall-kelb fl-ilma nġazzat. B’xorti tajba l-inċident spiċċa b’wiċċ il-ġid.