Barranin
ARA: Splużjoni kbira fil-Libanu – mijiet maqbuda fit-tifrik ta’ darhom

Fil-Libanu, splużjoni kbira f’Beirut ikkawżat ħerba sħiħa. Il-Ministru tas-Saħħa qal li ħafna nies sfaw midruba. 10 persuni huma kkonfermati mejta, iżda n-numru mistenni jitla’ hekk kif mijiet ta’ persuni għadhom maqbuda fit-tifrik ta’ darhom.

Filmati li xxandru wrew in-nies maqbudin taħt it-terrapien, bl-aġenzija tal-aħbarijiet REUTERS tgħid li 10 persuni ġew salvati minn taħt it-tifrik.

Il-kawża tal-isplużjoni għadha mhix magħrufa, għalkemm xi rapporti qed jgħidu li l-isplużjoni bdiet minn logħob tan-nar li kien maħżun fil-port.

L-isplużjoni seħħet tlett ijiem qabel il-verdett fil-każ tal-qtil tal-eks Prim Ministru Rafik Hariri fl-2005.

Erba’ membri tal-Hezbollah jinsabu akkużati li qatlu lil Hariri b’karozza bomba. Huma qed jiċħdu l-akkużi.

Aħbarijiet Oħra

Fil-Kanada raġel ġie arrestat wara li ħa nagħsa waqt li l-vettura Tesla, li tinstaq waħidha, rreġistrat veloċità ta’ 150 kilometru fis-siegħa. Il-pulizija sabu li waqt li l-vettura kienet qed tinstaq…

Skont il-figuri tal-Università John Hopkins fl-Istati Uniti, l-għadd ta’ nies infettati bil-Covid-19 qabeż it-tletin miljun, fejn mietu 940,000. L-iktar dawk milquta ħażin huma l-Istati Uniti, l-Indja, u l-Brazil, iżda qed…

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa ddikjarat li tinsab imħassba serjament bil-mod kif qed tiżviluppa s-sitwazzjoni tal-COVID-19 fl-Ewropa. Dan hekk kif il-każi attivi fil-kontinent qabżu l-għadd ta’ każi f’Marzu li għadda. L-imxija tal-COVID-19…

Il-Prim Ministru Libjan, Fayez al-Sarraj, ħabbar li se jirrizenja sal-aħħar ta’ Ottubru. F’messaġġ televiżiv, Sarraj qal li ser ikun qiegħed iħalli l-kariga tiegħu biex din tgħaddi f’idejn awtorità eżekuttiva ġdida…

Aktar