Lokali
ARA: Standing ovation għal Amy Marie Borg fis-semifinali ta’ Britain’s Got Talent

Is-sopran Maltija Amy Marie Borg intlaqgħet bi standing ovation mill-udjenza hekk kif spiċċat tkanta l-kanzunetta tagħha fis-semifinali ta’ Britain’s Got Talent li saret illejla fuq l-istazzjon ITV.

Hija kantat il-kanzunetta Caruso tal-mibki kant-awtur Taljan Lucio Dalla.  B’vuċi qawwija li mliet is-sala, il-kantanta Maltija ta’ 16-il sena ħalliet lil kulħadd bla nifs, filwaqt li malli spiċċat kienet emozzjonata bl-applawż kbir li qalgħet.

Ir-riżultat mistenni jitħabbar minn ħin għall-ieħor dwar jekk Amy Marie għaddietx għall-finali ta’ dan il-programm tant popolari fir-Renju Unit u madwar id-dinja kollha.

Ara hawnhekk il-wirja ta’ Amy Marie Borg waqt is-semifinali ta’ Britain’s Got Talent: