Kurżitajiet
ARA: Standing ovation għal Giorgia ma kinitx biżżejjed biex tkun finalista fi BGT

Wirja mill-aqwa tal-kantanta Maltija Giorgia Borg fis-semi finali ta’ Britain’s Got Talent (BGT), tant li meta spiċċat tkanta l-kanzunetta oriġinali tagħha  ‘Be Free’, kellha standing ovation mill-ġurija u l-udjenza.

Iżda minkejja li bbrillat bil-vuċi tagħha u saħħret lill-udjenza, Giorgia ma rnexxilhiex tgħaddi għall-finali ta’ dan il-konkors mużikali televiżiv tant popolari u prestiġġjuż.

Giorgia kienet l-iżgħar parteċipanta fi BGT, hekk kif fl-età ta’ 11-il sena rnexxielha tikseb l-ammirazzjoni tal-ġurija għall-vuċi li għandha u l-kapaċità li tikteb il-kanzunetti tagħha stess.

Ara hawnhekk il-wirja li tat ilbieraħ fis-semi finali tat-13-il edizzjoni ta’ BGT li xxandret dirett fuq l-istazzjon Ingliż ITV.

Ara wkoll:

ARA: Kantanta Maltija timpressjona l-ġurija ta’ Britain’s Got Talent

Aħbarijiet Oħra
Lokali

“Għajnu Aħmar it-Tonn” jew “It-Tonn tal-Melliħin” kienet l-għajta tas-sajjieda Melliħin li sal-bidu tas-sittinijiet kienu jbiegħu t-tonn li jaqbdu bit-Tunnara. Is-sajd bit-tunnara nqata’ iżda fil-mużew tat-Tunnara fil-bajja tal-Mellieħa, għaqda volontarja Melliħija ikkonservat…

Pulizija

Fl-aħħar xahrejn, l-uċuħ ta’ erba’ Pulizija saru familjari mal-komunità tal-Mellieħa. Ir-residenti laqgħuhom u jqisuhom “ta’ ġewwa”. Dawn l-erba’ uffiċċjali jiffurmaw l-ewwel Community Policing Team fi proġett pilota mniedi mill-Korp. Intervistat…

Malta

Fil-Greċja, hemm madwar 3,500 persuna b’konnessjonijiet Maltin, il-maġġoranza f’Korfu fejn jgħixu Griegi b’nisel Malti li saħansitra jwasslu sar-raba’ u l-ħames ġenerazzjoni. Waqt żjara fil-Greċja, il-President George Vella ltaqa’ ma’ rappreżentanti…

Aktar