Televiżjoni u Radju
Ara: Stejjer emozzjonanti u divertiment liema bħalu f’ ‘Sibtek’ illum

Fost il-mistiedna f’‘Sibtek’ illum, il-blogger u l-influencer Abigail Vick li se jkollha bosta sorpriżi fosthom filmat mingħand in-nanna tagħha li bih se tirringrazzjaha ta’ kemm għamlet magħha wara li romlot.

Mistiedna llum ukoll, il-ġurnalist sportiv Mark Attard u Meme Mercieca li saret famuża wara li kienet tkun fuq quddiem tal-udjenzi ta’ kull programm televiżiv lokali.

Il-kantanta maħbuba Ira Losco se jkollha rwol importanti fil-programm tal-lum ukoll. Programm, miżgħud mużika, stejjer umani u divertiment.

‘Sibtek’ jixxandar illum fis-1.15pm fuq TVM.