Kultura
ARA: Sterjotipi jwasslu messaġġ ta’ tama u kuraġġ b’Urini

‘Urini’ huwa l-aħħar xogħol tal-band lokali SterjoTipi, li l-filmat mużikali tagħha xxandar għall-ewwel darba lbieraħ. Din il-kanzunetta għandha ħoss kontemporanju u tifforma parti mil-EP debut tagħhom ‘moSTri’.

Il-kanzunetti popolari ta’ dan il-grupp; ‘Int u Jien’ u ‘Mostri’ rawhom aktar minn 170,000 segwaċi fuq YouTube, b’ ‘Int u Jien’ waħda min-nominati bħala l-aqwa kanzunetta Maltija ta’ 2019.

Il-ġdida li qegħdin jippreżentaw issa, ‘Urini’, toffri taħlita ta’ emozzjonijiet, minn tama’ għal nostalġija, sa imħabba bla-kundizzjoni; “jekk int sejra ħudni miegħek, għax il-ħajja wisq qasira biex ma nkunx tiegħek”.

Minkejja li l-kanzunetta nkitbet qabel il-pandemija tal-Covid19, tista’ tiġi applikata għal dan iż-żmien ukoll.

Ir-ritornell tal-kanzunetta “Urini d-dawl” huwa filfatt metafora ta’ tama’ u kuraġġ. ‘Urini’ hija akkumpanjata b’filmat tal-lirika, magħmul minn Duane Laus, li permezz tiegħu jfakkar ġenerazzjonijiet Maltin ta’ dari.

Ir-ritratti li jidhru fil-filmat jmorru lura sa sittin sena u huma kollha memorji ta’ familji u nies Maltin li għexu fuq dawn il-gżejjer.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Prim Ministru Robert Abela appella għal kompromess u biex jiġu evitati l-estremitajiet ħalli la l-ekonomija u lanqas is-saħħa ma jispiċċaw għarkupptejhom. F’laqgħa mal-imsieħba soċjali, fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali…

Faċilità Korrettiva

Illum grupp ta’ residenti mill-Faċilita Korrettiva ta’ Kordin għamlu xogħol ta’ tindif u tisbiħ f’iktar minn 14-il klassi fil-Kulleġġ St Thomas Moore f’Santa Luċija. Ix-xogħol sar taħt is-superviżjoni tal-uffiċjali korrettivi,…

Sport

Ħames għaqdiet sportivi Għawdxin ibbenefikaw mis-somma ta’ €20,750 mill-isports scheme biex iwettqu l-proġetti tagħhom din is-sena. L-għaqdiet li bbenfikaw huma: Għajnsielem Redcoats, li ngħataw is-somma ta’ €5,000 bit-titlu tal-proġett ‘Sizzling…

Aktar