Statistika
Ara: Stħarriġ juri li 41% tal-Maltin jinkwetahom li f’Malta m’hawnx fejn toqgħod labbra

Minkejja ċ-ċokon tagħhom, tul sekli sħaħ, il-gżejjer Maltin minn dejjem ġibdu lejhom għadd ta’ ħakkiema. Fost l-oħrajn, minħabba l-qagħda ġeografika ferm ċentrali li dawn il-gżejjer għandhom.

U, illum, xejn anqas. Waqt ‘TVAM’, is-soċjologa Dr Maria Brown, qalet li l-gżejjer Maltin għadhom imfittxija ġmielu, b’mod speċjali għall-klima, għall-opportunitajiet ta’ xogħol li hawn, għall-ekonomija li sejra tajjeb, u għall-fatt li Malta hija stat membru tal-Unjoni Ewropea, u li għalhekk tiffaċilita aktar il-mobilità.

F’intervent separat, Dr Vincent Marmara, lettur fi ħdan l-Università ta’ Malta, qal li f’dawn l-aħħar jiem għamel stħarriġ, bil-għan li jistaqsi x’inhuma l-aktar affarijiet li qed jinkwetaw lill-Maltin. Liema studju, fost l-oħrajn, wera li 41% tal-Maltin iħassibhom il-fatt li f’Malta hawn aktar nies jgħixu milli suppost.

Dr Marmara żied jgħid li f’temp ta’ għaxar snin, bejn l-2008 u l-2018, il-popolazzjoni f’Malta żdiedet b’madwar 82,000 ruħ. L-istudju ta’ Dr Marmara jindika li fl-2008, f’Malta kellna madwar 16,000 barrani, u li fi żmien għaxar snin dawn telgħu għal madwar 83,000 ruħ.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

F’dawn il-jiem, il-midja soċjali saru miżgħuda b’għadd ta’ filmati, tpinġijiet, u ritratti ta’ kull xorta, bil-għan li fost l-oħrajn dak li jkun iqanqal xi ftit tal-ottimiżmu fid-dawl tal-Covid-19, li kull…

Televiżjoni u Radju

Fl-isfond tal-jiem straordinarji li qed ngħixu, kawża tal-imxija tal-Covid-19 f’pajjiżna wkoll, il-poplu Malti u Għawdxi mħeġġeġ jibqa’ d-dar u ma joħroġx għal xejn b’xejn, bil-għan li t-tixrid tal-virus jonqos kemm…

Televiżjoni u Radju

Kull bidu għandu tmiem. Il-programm ‘X’sar minnhom’, li minn Ottubru ‘l hawn laqqa’ lit-telespettaturi ta’ Television Malta ma’ għadd ta’ personalitajiet Maltin li f’dawn l-aħħar snin tbiegħdu xi ftit jew…

Kurżitajiet

Bit-tfal bla skola u l-ħin kollu d-dar, ħafna ġenituri qed jippruvaw ikunu kreattivi kemm jistgħu biex iżommuhom impenjati waqt li l-għalliema mhux biss qed jagħtuhom lezzjonijiet virtwali iżda joħolqu ftit…

Aktar