Barranin
ARA: Straġi u paniku sħiħ malli jitħabbar ir-riżultat

Ilbieraħ inqala’ paniku u kaos sħiħ  f’Volksparkstadion waqt il-logħba Bundesliga bejn Hamburg u M’Gladbach fil-Ġermanja.

Jidher li l-Ultras ta’ Hamburg esaġeraw bil-flares tant li l-logħba kellha tiġi sospiża sakemm intervjenew il-Pulizija.

Kif jidher mill-filmat, il-grawnd inħakem minn duħħan iswed tant li kellha tiġi sospiża l-partita għas-sigurtà, bil-partita titkompla 10 minuti wara li kkalmat is-sitwazzjoni.

Jidher li l-Ultras garaw il-flares malli ħareġ ir-riżultat ta’ logħba oħra – dik bejn Wolfsburg u Cologne – b’tal-ewwel jgħelbu lil Cologne bl-iscore ta’ 4-1.

Għall-ewwel darba fl-istorja tal-football Ġermaniż, għalkemm Hamburg rebħu l-aħħar partita bl-iscore 2-1 kontra M’Gladbach, huma spiċċaw relegati mill-Bundesliga.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

L-artisti tal-mument inġabru fir-Radio City Hall ta’ New York għall-MTV Video Music Awards f’serata li offriet wirjiet memorabbli minn Madonna, li matulha tat ġieħ lill-artista Aretha Franklin b’riflessjonijiet personali dwar…

Barranin

Chiara, tifla ta’ 8 snin, għexet b’miraklu wara t-traġedja li laqtet bosta nies f’park f’Calabria. It-tifla belgħet ammont kbir ta’ ramel u tajn u tinsab taħt xokk qawwi. Hija nstabet…

Barranin

Fuq il-midja soċjali kienu jidhru bħala familja perfetta, iżda traġedja li laqtet lil din il-familja l-ġimgħa l-oħra kixfet realtà għal kollox differenti. Ir-raġel fl-Istati Uniti li qed jiġi akkużat bil-qtil…

Barranin

Minn tal-inqas 11-il persuna mietu u oħrajn għadhom mitlufa wara għargħar mhux mistenni li laqat Pollino National Park fl-Italja. Għad ta’ persuni kienu qed jimxu fil-park f’Calabria meta bħal sajjetta…

Aktar