Kisbiet
ARA: Studenta tiżviluppa sistema notarili bbażata fuq intelliġenza artifiċjali

L-atti notarili tan-nutar Paolo Bonello li għex fis-seklu ħmistax, servew ta’ punt ta’ tluq għal sistema bbażata fuq intelliġenza artifiċjali msejħa Notary Pedia.

L-istudenta tal-Masters fl-intelliġenza artifiċjali fl-Università ta’ Malta Charlene Ellul, żviluppat pjattaforma fuq l-internet, li toħloq rabtiet bejn dettalji li sabet f’manuskritti li jmorru lura għall-perjodu medjevali.

“Ġbarna ismijiet ta’ persuni, postijiet, suġġetti u dati li huma interessanti u urejna r-relazjonijiet bejniethom biex dak li jkun, ikun jista’ jesplora l-kontenut ta’ manuskritt. B’hekk inkunu nistgħu noffru forma ta’ diġitazzjoni oħra ta’ manuskritt u ngħinu fir-riċerka lil nutara u riċerkaturi tal-istorja.”

Is-Sinjura Ellul spjegat dak li sar s’issa hu biss il-punt tat-tluq għall-dan il-proġett. Hija qalet li dan se jgħin fir-riċerka ta’ nutara u ta’ studjużi tal-istorja li jirricerkaw fl-arkivji notarili fil-Belt, li huma ukoll se jkunu jistgħu jikkontribwixxu f’din il-pjattaforma, mnebbħa minn Wikipedia. Kompliet li dan se jgħin biex jsaħħaħ il-konservazzjoni tad-dokumenti fl-arkivji.

“Iktar faċli biex dak li jkun ifittex bis-suġġett u jirreferih għal liema manuskritt għandu jikkonsulta mingħar il-bżonn li joqgħod imiss il-manuskritt biex jipprova jfittex dak li jrid.”

Il-proġett NotaryPedia, li mistenni jitniedna fil-ġimgħat li ġejjin, mistenni jifrex is-servizzi li joffri. Is-Sinjura Ellul qalet li hemm il-ħsieb li d-dokumenti, miktuba bl-idejn b’lingwi antiki, fosthom b’taħlita ta’ Latin u Taljan Medjevali, se jiġu tradotti permezz tat-teknoloġija.

“‘L quddiem għandna pjani li nkomplu nagħmlu digitisation ta’ dokumenti oħra, bl-għajnuna ta’ handwritting recognition techniques, inżidu ma din il-graph li għandna online, ħalli dak li jkun ikun jista’ jagħmel konnotazzjonijiet bejn nutar u ieħor, fuq l-istess persuna, post u suġġett.”

Il-proġett NotaryPedia rebaħ premju għall-innovazzjoni mill-Presidenza tal-Kunsill Notarili tal-Unjoni Ewropea.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes nieda l-viżjoni tal-ewwel Sistema Nazzjonali tal-Housing f’Malta. Aktar minn 50 stakeholder nġabru madwar il-mejda għat-tfassil tal-ewwel sistema ta’ housing f’Malta. Il-Ministru Galdes qal li d-deċiżjoni…

Temp

L-Uffiċċju Meterjoloġiku ta’ Malta qed iwissi b’riħ qawwi. Ir-riħ mill-Majjistral ser ikun qawwi kultant fuq l-inħawi fejn jaqbel tal-Gżejjer Maltin. Din it-twissija tibqa’ fis-seħħ sat-3 ta’ għada filgħodu

Aktar