Edukazzjoni
ARA: Studenti jmorru l-iskola bil-flokk tal-festa

L-istudenti tal-ewwel sentejn tas-sekondarja tal-Kulleġġ Stella Maris fil-Gżira ħallew l-uniformi d-dar u minflok libsu l-flokk tal-festa tal-qaddis jew qaddisa tal-lokalità tagħhom. Dan ma sarx b’sens ta’ pika imma kif spjega l-għalliem, Antoine Hili, l-inizjattiva saret biex l-istudenti jsiru jafu aktar dwar il-ħajja tal-qaddisin, mhux biss dawk fis-sema imma anke ta’ nies twajba li jgħixu madwarna.

“Għal ħafna l-qaddisin huma biss dawk li aħna naraw fil-knejjes, fil-purċissjonijiet u hekk imma fil-verità ridna nġibu l-istudenti konxji li l-qaddisin huma nies oħrajn li kultant lanqas inkunu nafu li qegħdin ħdejna u oħrajn li anke telqu qabilna imma wkoll għexu ħajja bil-virtujiet qaddisa.”

Din l-attività serviet ta’ opportunità għall-istudenti biex jaqsmu l-ħsibijiet tagħhom dwar iċ-ċelebrazzjoni tal-qaddis patrun fil-festa, b’uħud jgħidu li jagħtu sehemhom fil-festa.

Iċ-ċelebrazzjoni tal-festi hija ħajja fil-Kulleġġ ta’ Stella Maris, bi grupp ta’ studenti jieħdu ħsieb din it-tradizzjoni.

Il-Kap tal-iskola, Manuel Cilia qal li din is-sena għandha valur aktar speċjali għall-Kulleġġ Stella Maris hekk kif bdiet il-kawża għall-beatifikazzjoni ta’ Brother Louis Camilleri, li ddedika ħajtu għall-edukazzjoni Kattolika bħala Brother ta’ De La Salle.

“Ħassejna li la llum konna qed niċċelebraw il-festa tal-qaddisin kollha tajjeb ukoll forsi niċċelebraw qaddis li hawnhekk huwa home.”

L-għalliema fakkru lil Brother Louis Camilleri bi flokijiet li fuqhom stampaw x-xbieha ta’ dan il-brother maħbub.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Raġel ta’ madwar 30 sena weġġa’ f’ħabta kbira li seħħet fit-Triq tal-Balal, fil-limiti tan-Naxxar. Il-Pulizija kienu infurmati bl-inċident għall-ħabta tas-6.00pm, fejn issejħet ukoll l-assistenza tal-Protezzjoni Ċivili. Mill-ewwel tagħrif jirriżulta li…

Relazzjonijiet Industrijali

Rick Hunkin, il-Kap Eżekuttiv tal-Bank of Valletta p.l.c., ġie elett Chairman tal-Assoċjazzjoni tal-Bankiera Maltin (MBA) għas-sena li ġejja. Il-ħatra tiegħu tħabbret wara l-laqgħa ġenerali annwali tal-Assoċjazzjoni li saret il-ġimgħa l-oħra,…

COVID-19

Il-Kamra tal-Avukati qalet li tinsab infurmata li l-awtoritajiet tas-saħħa qed iħejju l-protokolli marbuta mal-Covid-19 li għandhom jiġu osservati f’seduti tal-Qorti. Fi stqarrija l-Kamra qalet li dalgħodu kellha laqgħa mal-Ministru tal-Ġustizzja,…

Għawdex

Il-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli u l-Ministru t’Għawdex Clint Camilleri, qalu li mindu ġew rilaxxati numru ta’ miżuri partikolarment fl-istabbilimenti tal-ikel, it-turiżmu intern jidher li qabad ġmielu….

Aktar