COVID-19
Ara: Studenti ta’ De La Salle jirringrazzjaw lill-eroj mediċi u jagħmlu kuraġġ lill-poplu

Bla flus la tgħannaq u lanqas tbus. Madanakollu, jekk xejn, mindu ġew irrappurtati l-ewwel każi ta’ Covid-19 ilkoll tgħallimna napprezzaw bis-sħiħ dak kollu li f’għajnejn dak li jkun jaf jidher normali għall-aħħar, bħall-għaqda u l-imħabba ta’ bejnietna. Dawk il-valuri, fi ftit kliem, li ngħixuhom ta’ kuljum b’għajnejna magħluqa u li qajla nagħtu kas l-importanza tagħhom.

F’dan l-isfond, għadd ta’ studenti tas-sekondarja tal-kulleġġ De La Salle f’dawn il-jiem ‘il bogħod mill-awli skolastiċi ħolqu żewġ filmati msejsa fuq għadd ta’ tpinġijiet tagħhom stess li jkomplu jagħmlu kuraġġ lill-poplu u jqanqluna biex ilkoll inkomplu niġbdu ħabel wieħed bit-tama li negħlbu l-pandemija mill-aktar fis.

Il-filmati mżewwqa wkoll b’għadd ta’ messaġġi b’turija ta’ ringrazzjament lill-ħaddiema tas-saħħa li fl-aħħar ġimgħat, aktar minn qatt qabel, ħadmu lejl u nhar biex jipproteġuna lkoll mill-virus.

 

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li fl-aħħar 24 siegħa ma ħareġ l-ebda każ ġdid ta’ coronavirus f’Malta bil-każijiet attivi issa jinżlu għal 5 hekk kif fiequ 2 persuni oħra. B’kollox f’Malta u…

Barranin

Għall-ewwel darba minn meta faqqgħet il-pandemija, il-President Amerikan Donald Trump libes il-maskra fil-pubbliku. Huwa għamel dan meta żar l-isptar militari Walter Reed lil hinn minn Washington fejn iltaqa’ ma’ suldati…

Xogħol

Mal-bidu tas-sajf, l-aktar meta t-temperaturi jibdew jaqbżu t-30 grad celsius, tiżdied id-domanda għas-sistemi tal-arja kkundizzjonata. L-assoċjazzjoni tal-importaturi tas-sistemi tal-arja kkundizzjonata ffurmata minn disa’ importaturi qed isib diffikultà biex issib ħaddiema…

Annimali

Waħda miż-żewġ ċifiet li ġimagħtejn ilu ġew salvati wara li tgħaqqdu fi xlief mormi fil-baħar, inħelset lura fl-ambjent naturali tagħha. Birdlife Malta qalet li għalkemm kienu fortunati li ż-żewġ ċifiet…

Aktar