Annimali
Ara t-tigri li twieldu fl-Arka ta’ Noe

B’ħarsa protettiva, Magda, sibniha tredda lil ħames t’ifrieħ imdawrin magħha ftit sigħat wara li welldithom.

Għat-tieni darba wara ftit aktar minn sentejn, Magda welldet u ġabet ferħ lis-sidien tal-Arka ta’ Noe, fis-Siġġiewi.

Sid il-park, Anton Cutajar qal li s-sodisfazzjon kien kbir għax erbgħa mill-frieħ għandhom lewnhom rari. Waqt li tlieta minnhom huma bojod, ferħ minnhom huwa ta’ lewn dehbi.

Wara erba’ xhur tqala u ħlas mingħajr tbatija, l-omm s’issa għadha qed tindokra lill-frieħ tagħha.

“Nixtiequ li ommhom iżommhom ħalli ma jkollniex battikata aħna ntuhom il-bottles għax inkella f’dak l-istat ikollna nidħlu aħna u ntuhom il-bottles inkella jmutu.”

Huwa qal li t-trobbija tal-frieħ tat-tigri hija simili għal tat-trabi u jeħtieġ ħafna paċenzja u dedikazzjoni.

“Kollha rabbejniehom bil-bottles allura imbagħad ikunu qishom it-tfal tiegħek, qed tarahom? Għandek oħra, jekk titwieled in captivity ma tistax titfagħhom fil-wild għax ma jgħixux, daqskemm minn ġol-wild taqbadhom ser jgħixu in captivity.”

Is-Sur Cutajar qal li huwa ma jsewwix lit-tigri iżda sostna li ma jistghux jirriproducu kemm iridu ghaliex jisseperahom fi spazji differenti.

“Nitfgħu l-iġriel għalihom u n-nisa għalihom u ngħammru meta rridu. Aħna jkollna talba minn zoos minn ġol-Ewropa, jgħidulna biex nibagħtuhom, ngħammru – fhimt? Jiġu n-nies jarawhom u kif jasal fi stat ta’ xahrejn u nofs, tlieta nibagħtuhom għal ġo posthom -dejjem ikollna l-post qabel, qabel ma ngħammruhom.”

Bit-twelid ta’ dawn il-frieħ, il-familja tat-tigri f’dan il-park telgħet għal 23.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Quddiem il-Maġistrat Marseanne Farrugia llum bdiet tinstema’ l-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-każ ta’ John Paul Woods li qed jiġi akkużat bil-qtil ta’ Charlene Farrugia u li ħeba l-katavru tagħha. Ir-raġel kien wieġeb…

Sajd

Kważi sena u nofs minn maltempata qawwija li ħalliet ħerba f’diversi nħawi tal-pajjiż, il-gvern ħabbar li qed jalloka miljun ewro għal skema ta’ kumpens finanzjarju lil sajjieda li l-bastimenti tagħhom…

Qorti

Raġel ta’ 50 sena qed ikun akkużat, fost oħrajn, li stupra lis-sieħba ripetutament u li ħa xbiehat ta’ natura sesswali tagħha bil-ħsieb li jheddidha bihom. Huwa qed jiċħad l-akkużi. Ir-raġel tressaq…

Kronaka

Raġel ta’ 51 sena li jgħix is-Siġġiewi qiegħed isofri minn ġrieħi gravi wara li weġġa’ f’sit ta’ kostruzzjoni fin-Naxxar. Il-Pulizija kienu infurmati bl-inċident fi Triq il-Katakombi għall-ħabta tal-10.00am. Il-Pulizija tad-Distrett…

Aktar