Stejjer Umani
ARA: Ta’ 17-il sena spiċċat vittma ta’ traffikar uman

Ta’ 17-il sena sfat vittma ta’ traffikar uman fl-Istati Uniti, minn raġel ta’ 40 sena, li kien jaqbad ma’ tfajliet jeħdilhom ritratti f’pożi kompromententi. Anna Ptak ħarġet minn dan l-iskjavitù u saret avukat u llum qed iddur id-dinja biex tagħti kuraġġ lil tfajliet ħalli joħorġu miċ-ċirku tat-traffikar uman u abbuż ieħor.

Anna Ptak hija ta’ nisel Indjan li ġiet adottata minn familja Amerikana fl-Istati Uniti. Tgħid li meta kienet tifla sfat abbużata sesswalment u ta’ 17-il sena, waqgħet għal kliem ħelu li kien jgħaddilha raġel ta’ 40 sena li qalilha li jħobbha u li jridha tgħinu fi proġett artistiku.

Anna Ptak qalet “he began taking picture of me in a sexual manner, and later I found out that he was mass producing them”.

Anna tgħid li rrealizzat li kienet għaddejja minn abbuż meta tfajliet oħra qalulha li kienu ppużaw għal xi ritratti mal-istess raġel. Tgħid li rnexxielha taħrab mid-dar ta’ dan ir-raġel u bi tbatija imma determinazzjoni bniet ħajjitha, saret avukat, u ddur id-dinja titkellem fuq it-traffikar uman u l-abbuż.

Anna Ptak qalet “I encourage people who know people victims of human trafficking to be supportive, loving and kind”.

Anna ġiet mistiedna biex tigi Malta mill-Cross Culture International Foundation għal kampanja edukattiva mat-tfal f’diversi skejjel f’Malta dwar it-traffikar uman.

Hodwig Bvumburah minn Cross Culture International Foundation qal “most of the children never heard of human trafficking and as a result we started working with the school”

Waqt konferenza mtellgħa mill-Fondazzjoni, is-Segretarju Parlamentari għar-Riformi, u Ċittadinanza, Julia Farrugia Portelli qalet li l-Gvern qed jaħdem kontra t-traffikar uman. Qalet li dal-aħħar sar taħriġ għall-uffiċjali tal-Gvern f’dan il-qasam u fi żmien qasir ser jibda proċess ta’ konsultazzjoni għar-riforma li hemm bżonn fil-liġi biex jissaħħaħ anke il-qafas legali li jagħti poteri akbar lill-awtoritajiet fil-ġlieda kontra t-traffikar tan-nies.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Charlie, il-kelb tad-Dwana, irnexxielu jxomm u jaqbad passiġġier Yemeni li kien qed iġorr €14,064 fi flus mhux dikjarati. Il-passiġġier kien qed jistenna t-titjira tiegħu lejn l-Istanbul meta twaqqaf mill-uffiċjali tad-Dwana. Bis-saħħa…

Kronaka

Tifel sofra xi ġrieħi wara li ntlaqat minn vettura f’Ħal Qormi. L-inċident seħħ għall-ħabta tan-12.30 fi Triq Manwel Dimech. Minn tagħrif li għandu TVM jirriżulta li t-tifel ittajjar minn karozza…

Kronaka

Sid ta’ karozza qed iwissi lil ħaddieħor biex isakkar il-vetturi  tiegħu wara li ġie misruq minn mara li nqabdet b’filmat tiftaħ u tħarbex f’i ħwejjeġ ħaddieħor. Fil-filmat, il-mara tidher qed tiftaħ…

Aktar