Stejjer Umani
ARA: “Ta’ 41 sena mradt bil-kliewi minħabba ikel u luminati bla rażan” – Darren

Ta’ 41 sena, marad bil-kliewi u jmur ir-Renal Unit fl-isptar Mater Dei tliet darbiet fil-ġimgħa. Darren Aquilina, missier ta’ ħamest itfal, huwa wieħed mit-300 pazjent li jingħataw trattament għall-kliewi.

Fil-jum dinji dwar il-mard tal-kliewi, Paul Calleja, l-infermier responsabli mir-Renal Unit ħeġġeġ lin-nies biex jibżgħu għal saħħithom fosthom b’dietà tajba, u eżerċizzju kuljum.

Ftit iktar minn sena ilu, Darren Aquilina ħass għejja kbira.

Darren Aquilina qal “kont qiegħed fl-għalqa ta’ ħija, ħassejt bard kbir u mort l-isptar, u bdew jagħmluli t-testijiet u żammewni u qaluli għandi l-kliewi morda”.

Minn dakinhar lil hawn Darren spiċċa pazjent regolari fir-Renal Unit fl-isptar Mater Dei fejn imur tliet darbiet fil-ġimgħa għal erba’ sigħat kull darba.

Darren qalilna li kien jiżen fuq 180 kilo u xejn ma kien jagħti każ id-dietà.

Darren Aquilina qal “kont nieħu 3 fliexken soft drinks mill-kbar kuljum, ħelu u ċikkulati u energy drinks kont nieħu ħafna”.

Bħalissa mat-300 pazjent qed jingħataw trattament għall-mard tal-kliewi bl-iżgħar pazjent għandu 18-il sena u l-ikbar, 90 sena. Minn dawn hemm 85 persuna li jagħmlu d-dijaliżi mid-dar u ħafna minnhom jittamaw li jkollhom trapjant tal-kliewi. L-infermieri Paul Calleja li huwa responsabbli mir-Renal Unit, li jikkordina wkoll it-trapjanti li jsiru, appella biex wieħed jibża’ għal saħħtu.

Paul Calleja qal “inkunu nafu l-kundizzjonijiet li jmarrdu l-kliewi, li hija d-dijabete, pressjoni għolja, nuqqas ta’ eżerċizzju, dieti ħżiena”.

Is-Sur Calleja qal lil TVM li din is-sena saru żewġ trapjanti tal-kliewi minn pazjenti ħajjin u appella biex ir-reġistru tad-donaturi tal-organi li sa issa fih 18,000 ruħ ikompli jiżdied. Wera sodisfazzjon li żewġ persuni oħra offrew il-kliewi tagħhom għal min jista’ jiġi bżonnhom, ġest nobbli li jirrikjedi kuraġġ u qalb kbira.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Is-sajf fl-Italja mistenni jkun ikkaratterizzat minn temp estrem, b’perjodu ta’ nixfa u xita qalila. L-esperti tat-temp fl-Italja ltaqgħu dan l-aħħar f’Ruma u qed ibassru li l-istaġun sajfi se jkun kemmxejn…

Saħħa

Waqt attività tal-għoti tad-demm organizzata mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, 30 ħaddiem tal-awtorità nkiteb biex l-organi tiegħu jingħataw b’donazzjoni wara mewtu. Waqt l-istess attivtà, 19-il persuna oħra taw id-demm. L-ERA stiednet…

Forzi Armati

Post pożittiva fuq il-paġna ta’ Alison Bezzina, li tiġġieled għad-drittijiet tal-annimali, turi kif żewġt iklieb reġgħu ngħaqdu ma’ sidhom wara li nġabru minn membri tal-Forzi Armati. Bezzina qassmet din l-aħbar…

Aktar