Lokali
Ara: Ta’ 86 sena jerfa’ l-konkos u mimli saħħa

Għandu 86 sena, u 40 sena ilu kien magħruf bħala Joe Strongman Falzon u kien popolari bil-kumpanija tiegħu The Magnificent Seven. Minkejja li għandu 86 sena, Joe Falzon, għadu jitħarreġ kuljum b’eżerċizzji diffiċli għax jgħid li b’dan il-mod biss jista’ jgħix kuntent u f’saħħtu.

Joe Falzon magħruf bħala Strongman, m’għadux jagħmel l-bravuri biex juri saħħtu kif kien sa ftit snin ilu. Iżda ta’ 86 sena għadu mimli għomor fid-dar ċkejkna tiegħu f’Marsaskala fejn għandu bosta tifkiriet u ma jonqas ir-ritratt tal-artist Steve Reeves li tant jammira. Bl-ispettakli tas-saħħa, Joe kien anki jirriskja ħajtu.

Joe Falzon qal “l-iżjed li batejt meta għamilt is-show 12-il siegħa fuq l-imsimer hemmhekk rajt il-bambin bl-imsiemer deħlin u ħerġin, hemm xhud iż-Żejtun kollu”.

Bosta kienu l-bravuri biex juri li kellu saħħa barranija: ġibed ajruplan, refa’ karozzi, saqqu fuqu, karozzi bil-ħġieġ taħtu u żamm żewġt iżwiemel jiġbduh minn kull naħa.

Joe wriena r-ritratti tal-għaxart itfal tiegħu, li kienu jagħmlu miegħu l-wirjiet tal-akrobazija. Kif konna ħdejh, Joe wrina li għadu fiżikament f’saħħtu minkejja l-età tiegħu. Qalilna li dan l-eżerċizzju jagħmlu kuljum għax itih iktar saħħa u jagħti parir lil kulhadd biex l-eżerċiżzju jkun parti mir-rutina tal-ħajja.

Joe Falzon qal “meta timxi għoxrin minuta kuljum, daqshekk tiġi miżerja. Min jittrenja ma jimradx, dak il-parir tiegħi.”

Joe jgħin żgħażagħ oħra jsegwu l-passi tiegħu, u jagħti pariri lil Dylan Callus champion tal-weightlifting u Tony Farrugia. Flimkien ma’ martu, u bil-pipa f’ħalqu ħdejn il-baħar, Joe Strongman Falzon huwa leġġenda ħajja mnaqqxa fl-istorja Maltija.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Kummissjoni Ewropea sejħet lill-istati membri bi skemi ta’ ċittadinanza u residenza b’investiment biex isaħħu l-kontrolli u l-iskrutinju li jagħmlu fuq l-applikanti minħabba r-riskji li dawn l-iskemi jistgħu jintużaw għal skopijiet…

Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat assigura li l-abbozz ta’ ftehim finali li se jiġi ppreżentat għall-ftehim mal-grupp Corinthia se jindirizza t-tħassib ġenwin li tqajjem minn kwartieri differenti. Mistoqsi dwar il-valur tal-art,…

Lokali

X Factor Malta ħabbar li r-rebbieħ ta’ The X Factor UK 2018, Dalton Harris se jkun il-mistieden speċjali għall-finali ta’ X Factor Malta. Dalton Harris flimkien ma’ James Arthur nedew…

Brexit

Il-Prim Ministru Joseph Muscat fil-Parlament fisser il-passi li qed jieħu l-Gvern f’każ li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea mingħajr ftehim. Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia ddikjara li l-Oppożizzjoni tappoġġja l-ftehim bejn…

Aktar