Kisbiet
ARA: Ta’ tmien snin diġà taf erba’ lingwi

“Jien jisimni Miroslava Marta Maria Francesca Bodishtianu u fil-qasir jgħiduli Mira. Jiena għandi tmien snin u twelidt Malta. Naf nitkellem sew bir-Russu u bl-Ingliż, u nitgħallem il-Malti. Tista’ tgħid nofsni Russa u nofsni Maltija. Nippreferi jekk ma jimpurtax nitkellem bl-Ingliż waqt din l-intervista.”

Ta’ tmien snin, Mira Bodishtianu, li twieldet Malta minn familja Russa, qed tispikka bl-intelliġenza tagħha tant li diġa taf tajjeb erba’ lingwi, ir-Russu, l-Ingliż, il-Malti u l-Ġappuniż. Mira uriet interess f’suġġetti li normalment jiġu mgħallma lil studenti tas-sekondarja, fosthom il-kimika.

“So far my favourite subject is chemistry or physics but this is like at the background. It means that I study them with my grandma not in school, not yet at least, but my favourite subject in school is technology.”

Minn tant lingwi, għaliex għażlet li minbarra r-Russu, l-Ingliż u l-Malti titgħallem ukoll il-Ġappuniż?

“Japanese I like the country cause they have many stuff and I want to go there and when I go there I can talk in Japanese to people.”

Mira turi interess ukoll f’dak li qed iseħħ madwarha u riċentement bdiet tagħmel servizz tal-aħbarijiet kull ġimgħa fuq il-YouTube.

Mira temmen li l-manjieri huma parti importanti għas-suċċess fil-ħajja. Flimkien ma’ nannintha għamlet tmien videos dwar dan is-suġġett.

“I got an 8 series video about etiquette. Which is about protocol and etiquette. Good manners is the key to respect. So if you have good manners people will respect you.”

Bħat-tfal kollha, Mira wkoll għandha diversi passatempi.

“The hobby is to go with my dog and find interesting stuff like shells and glass things or interesting rocks or leaves and I like to take my seashore book with me so I can tick what I saw and what I didn’t and I read about it.”

Iżda minbarra suġġetti akkademiċi, Mira qed tistudja l-pjanu, il-kant u tipprattika erba’ dixxiplini sportivi. Il-karate, li tiegħu hi orange belt, il-ġinnastika, l-għawm u qed tmur togħdos ukoll.