Artiġjanat
Ara: Ta’ tmien snin tgħallem jagħmel in-nases tas-sajd, għadu jagħmilhom sal-lum

Xtut l-arċipelagu Malti mdawra bi ġmiel ta’ baħar. Baħar, li anki jekk tħares lejh jew kemm kemm tinżel tixxarrab, jiffriskak u jagħtik is-saħħa. Lil xi wħud, iżda, il-baħar tahom u għadu sal-lum jagħtihom il-ħobża ta’ kuljum.

Fl-imgħoddi, qajla kellhom kumditajiet u opportunitajiet ta’ xogħol. Fl-isfond ta’ dan in-nuqqas, bosta xammru l-kmiem u tawha għas-sajd. Fost dawk li middew idejhom f’dan il-qasam, Anġlu Azzopardi mix-Xewkija, magħruf bħala Ta’ Ħaqqu.

Fil-qalba ta’ Għajnsielem, ‘il Anġlu għadek issibu jaħdem kull xorta ta’ nases tas-sajd. Xempju, ta’ xogħol bl-idejn li jpaxxi l-għajn, maħdum fi skiet taqtgħu b’sikkina. Waqt il-programm ‘Malti Pur’, Anġlu nzerta qed jaħdem nassa tal-vopi għall-kwiet, bilqiegħda maġenb il-bieb ta’ barra tal-imkejjen tiegħu miftuħ beraħ.

Anġlu tgħallem dan il-mestier ta’ tmien snin. Familtu, magħrufa ġmielu mal-Maltin, ilha ‘l fuq minn 200 sena taħdem nases tas-sajd ta’ kull għamla. Fost l-aktar komuni, dawk għall-arżnell f’April, lampiera għall-kavalli u xbiek għal-lampuki. Liema nases, għad hawn domanda għalihom anki minn min mhux midħla tas-sajd hekk kif hawn min sar jużahom biex iżejjen bihom.

Aħbarijiet Oħra
Tradizzjonijiet

Jumejn ‘il bogħod mill-Jum Internazzjonali tal-Bizzilla, grupp ta’ persuni nġabru fil-Mużew Nazzjonali tal-Etnografija, fil-Palazz tal-Inkwizitur il-Birgu, biex jaħdmu bizzilla tradizzjonali Maltija. Jekk hemm xi impressjoni li l-arti tradizzjonali tal-bizzilla qed…

Barranin

Persuni li kienu qed isuqu minn ġo triq li taqsam foresta f’Bacau, fir-Rumanija, lemħu ors fil-ġenb tat-triq. Mara li kienet passiġġiera f’waħda mill-karozzi ddeċidiet li tinżel mill-vettura u tersaq qrib…

Attività

Il-Kunsill Lokali taż-Żejtun se jkun qed itella’ lejla Mużiko-Letterarja bil-għan li jiċċelebra Jum l-Eroj Żwieten għada fit-8pm fi ħdan Ġnien l-Għannejja Żwieten magħruf bħala Ta’ San Girgor, iż-Żejtun. Serata, li…

Edukazzjoni

Wara għadd ta’ xhur u snin isaħħnu l-bankijiet tal-iskola maġenb xulxin, f’dawn l-aħħar jiem għadd ta’ ċkejknin tal-iskola primarja tal-Għarb għadhom kif temmew b’suċċess il-Year 6 kif ukoll l-aħħar sena…

Aktar