Ara: Tagħti ħajja mill-ġdid lil żwiemel għall-qatla

Fost diversi stejjer ta’ nisa differenti, Popolin iltaqa’ ma’ Corinne Farrugia, mara li b’mod volontarju waqfet NGO biex issalva żwiemel fil-bżonn li ħafna mid-drabi jkunu ser jispiċċaw maqtula.

Corinne spjegat li l-NGO RMJ Horse Rescue tiltaqa’ ma’ bejn wieħed u ieħor mitt każ ta’ żwiemel fil-bżonn kull sena u fil-mument għandhom taħt il-kura tagħhom viċin is-sebgħin żiemel. L-NGO ilha mwaqqfa ħames snin u għalkemm bdew mix-xejn illum il-ġurnata jiġu mfittxija u kkuntattjati ta’ spiss mill-pubbliku. “Minn dejjem kont inħobb iż-żwiemel, illum il-ġurnata meta niltaqa’ ma’ żwiemel li jkollhom bżonn l-għajnuna, insalvahom u nipprova nsibilhom dar permanenti”.

Corinne spjegat li l-maġġoranza taż-żwiemel li jaslu għandhom huma żwiemel tat-tiġrija li jkunu waqfu jtelqu għalhekk ikunu qegħdin ifittxu dar bħala annimali domestiċi jew biex jintrikbu ftit. “Dan kollu nagħmluh b’mod volontarju. Għalkemm kulħadd għandu x-xogħol tiegħu, it-tim kollu jsib ħin jiġi jagħti daqqa t’id”.