Televiżjoni u Radju
Ara: Tagħti l-ħajja lill-palk fuq in-noti ta’ Christina Aguilera

10 snin, ma tidhirhomx. Andrea Camilleri għadha kif tat prestazzjoni spettakolari fuq il-palk tal-MFCC ġewwa Ta’ Qali. Minkejja l-istatura pjuttost ċkejkna, Andrea rnexxielha ssaħħar lill-ġurija minnufih b’interpretazzjoni eċċellenti tal-kanzunetta ‘Loyal Brave True’ ta’ Christina Aguilera mill-film ‘Mulan’.

Għal darb’oħra, Andrea kantat minn qalbha, akkumpanjata minn għadd ta’ żeffiena li flimkien ma’ leħinha żewwqu l-palk f’kull sens.

Tista’ tivvota għal Andrea Camilleri fuq 50614407.