Kronaka
ARA: Tajru u baqa’ sejjer – int rajt xi ħaġa?

Il-Pulizija qed titlob l-għajnuna tal-pubbliku biex tistabilixxi eżatt x’ġara f’każ li nvolva raġel, aktarx barrani, li għall-ħabta tat-8:30 a.m. instab mixħut mal-art bi ġrieħi serji fi Triq l-Imdina f’Ħaż-Żebbuġ.

Il-Pulizija qalet li f’dan l-istadju qed titratta l-każ bħala hit and run, fejn allegatament ir-raġel intlaqat minn vettura li baqgħet serja. L-identità tal-vittma għadha mhix magħrufa.

Il-Pulizija qalet li meta waslu fuq il-post ir-raġel kien qiegħed jingħata l-għajnuna minn xi persuni li nzertaw fl-inħawi. Fuq il-post issejħet ambulanza li ħaditu l-isptar Mater Dei fejn ġie ċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura serja.

Dwar il-każ għaddejja inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo. Min għandu xi tagħrif li jista’ jgħin fl-investigazzjonijiet hu mħeġġeġ jgħaddih lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali, fuq in-numru 119 jew 21224001.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Mistoqsija dwar jekk trabi għandhomx jitlibbsu maskri, Prof Gauci qalet li tfal taħt 3 snin m’għandhomx jitlibbsu l-maskra għax din tista’ tkun ta’ periklu għalihom. Dan qalitu meta kienet qed…

COVID-19

Il-Partit Nazzjonalista qal li jinsab infurmat li l-kumpanija Gozo Channel għad m’għandhiex sistema adegwata biex tara li fuq il-vapuri u fit-terminals, il-passiġġieri josservaw il-miżuri ta’ prevenzjoni mill-COVID-19 li ħabbar il-Gvern…

Kultura

Minn issa ‘l quddiem waħda mill-isbaħ xeni tal-Port il-Kbir tista’ titgawda minn fuq il-bejt ta’ Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, fil-Belt. Dan hekk kif fi tmiem il-ġimgħa saret l-inawgurazzjoni ta’ dan il-proġett…

COVID-19

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, qalet li minn meta daħal fis-seħħ l-avviż legali l-ġimgħa li għaddiet, diġà nħarġu ħames multi ta’ €3,000 ‘l waħda għal organizzaturi ta’ attivitajiet, restoranti…

Aktar