Kurżitajiet
ARA: Talab lift u lanqas ried jemmen min waqqaflu!

Mużiċist Amerikan li kien qed jipprova jakkwista lift fi Brisbane spiċċa ħa ħafna iktar minn sempliċi vjaġġ b’xejn lejn id-destinazzjoni tiegħu.

Scott Hildebrand kien għadu kemm wasal fl-Awstralja mill-Messiku, u kien miexi bil-kitarra, jittama li xi ħadd iħenn għalih u jrikkbu fil-karozza.

Dak il-ħin inzerta għaddej mit-triq l-attur ta’ fama mondjali Chris Hemsworth, magħruf fost l-oħrajn għall-film Thor.

Hemsworth, li kien ma’ ħabib tiegħu, waqqaf il-vettura biex irikkeb lil Hildebrand, li meta ra lill-attur bilkemm seta’ jemmen li kienet missitu din ix-xorti.

Iżda l-vjaġġ ma ħadux bil-karozza biss, għax wara Hemsworth rikkbu wkoll fil-ħelikopter privat u wasslu sa Byron Bay.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Ġlieda f’nofs titjira minn Gold Coast fl-Awstralja għal Singapore sfurzat lill-bdot jagħmel inżul t’emerġenza fil-belt ta’ Sydney. Passiġġier ippubblika filmat fuq is-siti soċjali u qal li wara li saru jafu…

Kurżitajiet

Anzjana ta’ 85 sena u anzjan ta’ 82 sena iżżewġu wara li kienu ilhom flimkien 54 sena.  Ir-raġel ilu jbati 18-il sena mill-marda tal-Parkinson u issa sab ruħu fuq siġġu…

Familja Rjali

Biċċiet mill-karozza tal-Prinċep Philip qed jinbiegħu fuq eBay, liema biċċiet diġà qed iġibu prezz tajjeb – $85,000. Biċċiet tal-plastik mill-karozza tal-Prinċep Philip inġabru mit-triq wara li ħabat f’Sandringham, Norfolk.  S’issa…

Barranin

Is-salluri fix-xmara Thames qed jispiċċaw hyperactive minħabba li l-ilma huwa kkontaminat b’livell għoli ta’ kokaina. Skont riċerka ġdida li saret f’Londra qed tiġi kkunsmata ħafna d-droga kuljum li qed tħalli…

Aktar