Barranin
ARA: Taqbadhom jisgassawlha l-bieb tal-ħanut f’Turin u tkeċċihom

Sidt ta’ bar f’Turin, fl-Italja, ma ddejqitx taffaċċja lil żewġ ġuvintur li pprovaw jidħlulha fil-ħanut biex jisirqu.

Il-ġuvintur jidhru fuq filmat minn kameras tas-sigurtà jitlajjaw fl-isqaq tal-ħanut u jħarsu madwarhom biex jaraw hux ġej xi ħadd. Ftit wara jidhru jitbaxxew u jipprovaw jerfgħu x-shutter tal-ħanut, anki permezz t’oġġett li ġabu mill-binja ta’ faċċata.

F’ħin bla waqt iżda tidher miexja lejhom Stefania Zito, li hija sidt il-ħanut, u tieqaf quddiemhom b’idejha fuq qaddha. Wara li dehret tkellimhom, il-ġuvintur iqumu minn posthom u jimxu ‘l hemm bla kliem, bħal donnhom daħluq f’qoxrithom.

Zito tellgħet il-filmat fuq il-midja soċjali u staqsiet kif dawn ħasbu li se jisirqu ħanut attrezzat bil-kameras u b’sistema ta’ allarm.