Saħħa
Ara: Taqbel ma’ screening għall-ADHD fl-iskejjel sekondarji

It-tfal m’għandhomx kwiet u sabar f’ġisimhom. Ta’ età żgħira dak li jkun ħafna drabi jkun xi ftit jew wisq imqarqaċ, jiġri ‘l hemm u ‘l hawn, u fuq tiegħu.

Madanakollu, jista’ jagħti l-każ li ċerta mġieba tkun sintomu ta’ ADHD. Liema kundizzjoni, taffettwa l-partijiet tal-moħħ li jikkontrollaw l-attenzjoni, azzjonitna, u l-livelli ta’ konċentrazzjoni.

Tmenin fil-mija tal-persuni li għandhom l-ADHD twieldu biha. Waqt ‘TVAM’, il-President ta’ ADHD Malta, Pamela Muscat, qalet li l-ADHD hija kundizzjoni li x’aktarx tintiret, u li m’huwiex minnu li tolqot lit-tfal biss.

Madanakollu, b’mod speċjali, is-Sinjura Muscat ħeġġet lill-ġenituri biex kemm jista’ jkun meta jaraw ċerta mġieba mhux tas-soltu f’uliedhom ifittxu l-parir tal-professjonisti biex lit-tfal isirilhom screening u, eventwalment, it-trattament meħtieġ.

Hija żiedet tgħid li b’xorti ħażina ma hawnx biżżejjed servizzi u għarfien relatati mal-kundizzjoni tal-ADHD. Qalet, li temmen li t-tfal li qegħdin ifallu fuq ċertu livelli fis-sekondarja għandu jsirilhom screening.

Fost l-oħrajn, il-President ta’ ADHD Malta tkellmet dwar il-konsegwenzi jekk ma tiġix trattata l-ADHD, fosthom li t-tfal jistgħu jiżgarraw u, bla ma jridu, jaqbdu t-triq tan-niżla. B’hekk, is-Sinjura Muscat saħqet fuq l-importanza li persuni bil-kundizzjoni tal-ADHD jiġu mgħejuna kemm jista’ jkun kmieni, qabel ma l-effetti jidħlu fil-fond.

Aħbarijiet Oħra

Il-mewt ta’ mijiet ta’ ljunfanti f’daqqa fil-Botswana iktar kmieni din is-sena qajjem tħassib għal din l-ispeċi fl-Afrika li diġà tinsab fir-riskju tal-estinsjoni. Huwa kkalkulat li bejn Mejju u Ġunju mietu…

Balena magħrufa bħala ‘humpback’ li kienet spiċċat fi xmara mimlija kukkudrilli fl-Awstralja, issa rnexxielha tmur lura fil-baħar. Il-balena ntelmħet fin-Northern Territory ġimgħa ilu, u qanqlet biża’ li se tinkalja jew…

Mill-ispezzjonijiet li qed jagħmlu uffiċjali ta’ Transport Malta jirriżulta li l-iktar li sabu nies bla maskra fil-pubbliku huwa fuq tal-linja. Fi 3 ġimgħat inħarġu mat-300 multa wara li saru 13,000…

Fil-Jum Dinji tat-Tindif, l-attivitajiet f’Malta kienu ffukati biex iwasslu messaġġ dwar il-ħsara li jagħmel il-plastik fil-baħar. Minn attivitajiet ta’ tindif f’erba’ bajjiet popolari, f’għodwa waħda nġabru ‘l fuq minn 150…

Aktar