Barranin
ARA: Tarbija titwieled fil-mumenti tal-isplużjoni f’Beirut

Tarbija f’Beirut kienet waslet biex titwieled meta seħħet l-ewwel splużjoni ta’ jumejn ilu, li farrket il-ħġieġ tas-sala tal-isptar.

Il-mument inqabad minn missier it-tarbija, li dak il-ħin inzerta qed jiġbed filmat waqt li martu ddaħħlet fis-sala biex tibda l-ħlas.

Il-professjonisti tas-saħħa komplew jaħdmu fuq il-ħlas fil-kaos li nqala’ wara, fejn fost oħrajn kellhom iwelldu lit-tarbija mingħajr dawl.

Il-missier qal li ibnu George twieled qawwi u sħiħ, u li ma jafx kif qatt jista’ jirringrazzja lill-ħaddiema tas-saħħa. Qal li ma jistax jemmen li hu u familtu għadhom ħajjin.

Ara wkoll:

ARA: Il-President ta’ Franza l-ewwel kap ta’ stat li żar il-Libanu wara l-isplużjoni

Aħbarijiet Oħra

Fl-Italja mas-70% tal-poplu vvota biex inaqqas id-daqs tal-Parlament tal-pajjiż b’aktar minn terz. Dan ifisser li l-għadd ta’ Membri Parlamentari jonqos minn 634 għal 400. Ma’ dan se jiċkien ukoll is-Senat.  B’kollox…

Minn tal-inqas terz mill-270 balena li telgħu max-xatt f’Tasmania mietu u hemm il-biża’ li se jmutu aktar. Bijoloġisti marittimi qed jaħdmu qatigħ u jagħmlu milli jistgħu sabiex isalvaw il-baleni. Sa…

Min-nhar il-Ħamis li ġej fl-Ingilterra, il-pubs, barijiet, ristoranti u stabbilimenti turistiċi se jkollhom jagħlqu fl-għaxra ta’ filgħaxija minħabba l-bżonn li tiġi kkontrollata l-imxija tal-Covid-19. Bil-liġi kull settur tal-ospitalità jrid iservi…

Fl-Indja fetaħ mill-ġdid għat-turisti t-Taj Mahal wara 6 xhur magħluq minħabba l-pandemija. Dan l-iżvilupp seħħ minkejja li l-Indja hu l-agħar pajjiż milqut mill-imxija.Bħalissa fl-Indja hemm iktar minn 5 miljun persuna…

Aktar