Barranin
ARA: Teħlisha minn ħalq il-mewt wara li għaddiet ferrovija minn fuqha

Tifla ta’ sena fl-Indja tista’ tgħoddha b’waħda wara li ħarġet qawwija u sħiħa minn taħt ferrovija.

Il-każ seħħ fl-istazzjon tal-ferrovija ta’ Mathura, f’Uttar Pradesh, meta t-tarbija waqgħet taħt il-pjattaforma fil-ħin li ommha kienet nieżla biha mill-ferrovija.

Il-ferrovija saqet u ħadd ma seta jilħaq lit-tarbija maqbuda ġol-linji. It-tama li jiġbruha ħajja kienet ftit li xejn.

Iżda b’xorti kbira, it-tarbija ma ġralha xejn, u reġgħet ingħatat qawwija u sħiħa f’idejn l-omm emozzjonata.