Lokali
Ara: Tekniċi u preċiżi għall-aħħar – Southville jiftħu l-ewwel semifinali ta’ ‘Malta’s Got Talent’

Enerġetiċi mmens, preċiżi u preżenza fuq il-palk li tpaxxik. Il-grupp Southville għadu kif fetaħ l-ewwel semifinali ta’ ‘Malta’s Got Talent’ b’żifna kollettiva l-ġmiel tagħha. Kompliċità, li kkaratterizzat lill-grupp fil-prestazzjoni preċedenti tiegħu b’daqstant ieħor suċċess tant li l-ġurija għaddiet lit-talin żeffiena bla ma ħasbitha darbtejn.

Illejla, Southville komplew juru xi jsarrfu fuq palk bi sfond sempliċi, ikkumpensat minn mużika b’ritmu mgħaġġel li żżommok u b’korjografija esegwita b’ħeffa liema bħalha.

Tista’ tivvota għal Southville fuq 50614401.