
Is-Saqqajja u l-pjazza ta’ San Wistin fir-Rabat dalgħodu saru qieshom l-arka ta’ Noe b’varjetà kbira ta’ annimali li ttieħdu għall-festa ta’ Sant Anton Abbati biex jiġu mbierka f’din l-eqdem ċerimonja tat-tberik tal-annimali wara purċissjoni li ħarġet mill-Knisja ta’ San Mark.
Minkejja ħalba xita li għamlet ftit ħin biss qabel bdiet il-purċissjoni bl-istatwa ta’ San Anton Abbati li tohroġ mill-Knisja ta’ Santu Wistin, numru ġmielu ta’ familji nġabru fl-inħawi tas-Saqqajja bl-annimali domestiċi: żwiemel, klieb, qtates, għasafar u anke xi pagun fost oħrajn.
It-tfal u anki l-ġenituri tagħhom dehru ferħanin biex il-gwardjan ibierkilhom l-annimali li jrabbu b’għożża. Il-pagun bir-rixx rikk u eżotiku tiegħu din is-sena ġibed l-akbar attenzjoni għax spikka fosthom l-annimali kollha.
Annimali oħra li ttieħdu f’ħoġor il-qaddis patrun tal-annimali Sant Anton Abbati kienu jinkludu fkieren, fniek, ponijiet u ħmir fost oħrajn.
Din il-festa ġibdet ukoll l-interess tat-turisti li nżertaw ir-Rabat u waqfu jammiraw waħda mit-tradizzjonijiet antiki f’pajjiżna.
Il-festa ta’ San Anton Abbati fir-Rabat hija l-eqdem festa tat-tberik tal-annimali li tmur lura għal żmien l-Ordni ta’ San Ġwann meta l-Gran Mastru kien jibgħat il-bhejjem tiegħu biex jitbierku. Il-ħajja ta’ Sant Anton hija xhieda tar-rabta li dan il-Qaddis kellu mal-annimali.
Il-Pirjol Patri David Cortis qal li “San Anton Abbati kellu l-annimali miegħu għax meta kien qed jgħix fid-deżert inġabru l-annimali miegħu. Għalina l-Agostinjani San Anton huwa importanti għax kien permezz tal-ħajja tiegħu u l-kitba fuq il-ħajja tiegħu li Santu Wistin kien ikkonverta”.
Din il-festa tiġi ċċelebrata mill-komunità Agostinjana fir-rabat bil-purċissjoni bl-istatwa antika ta’ Sant Anton mis-Saqqajja akkumpanjata mil-banda L’Isle Adam.













Fi tmiem l-inawgurazzjoni għall-faċilità l-ġdida ġewwa l-kumpanija De La Rue, il-Prim Ministru Joseph Muscat ġie mistoqsi għall-diversi drabi mill-ġurnalisti dwar il-ġrajjiet kurrenti fil-pajjiż. Dwar il-kwistjoni ta’ Jason Micallef u l-kummenti…
Imsieħba soċjali u kelliema li mdaħħlin fis-suq tax-xogħol ħadu sehem fil-Konferenza Nazzjonali organizzata mill-Partit Laburista bit-tema Malta ta’ Għada: Min se Jaħdem? Huma tkellmu fuq is-sitwazzjoni preżenti fejn insibu ħafna…
Fi stqarrija, il-PL qal li fl-aħħar sigħat il-PN attakkat l-organizazzjoni ta’ Valletta 2018 u li hija ħasra li l-artisti jispiċċaw ballun politiku. L-isqarrija kompliet li, quddiem l-attakki tal-MEPs tal-PN, l-organizazzjoni…
Sabin Daniel Talpas baqa’ miżmum arrestat wara li lbieraħ inqabad minn pulizija pajżan jisraq minn handbag ta’ mara li kienet qed tistenna tal-linja. Il-każ seħħ fil-venda tal-Belt meta pulizija pajżan…