Kurżitajiet
ARA: Tfajjel jeħles bi żbrixx daqqa ta’ trakk fin-Norveġja

Tfajjel jista’ jgħoddha b’waħda hekk kif għal ftit ma ttajjarx minn trakk wara li qasam bl-addoċċ triq fin-Norveġja. Il-każ, li seħħ f’Ġunju li għadda, nqabad bid-dashcam ta’ sewwieq ieħor li kien fit-triq.

Grupp ta’ żgħażagħ, probabbilment studenti, jidhru neżlin minn fuq tal-linja. Tnejn minnhom marru minn wara tal-linja u ppruvaw jaqsmu għan-naħa l-oħra tat-triq.

Dak il-ħin kien ġej trakk mid-direzzjoni opposta, li sab lil wieħed miż-żgħażagħ ma’ wiċċu. Ix-xufier tat-trakk kien pront għafas il-brejk, iżda l-inċident ġie evitat ukoll bl-azzjoni immedjata tat-tfajjel, li beda jiġri ‘l quddiem biex jevita d-daqqa.

Aħbarijiet Oħra
Barranin, Kurżitajiet

Missier id-Dukessa ta’ Susses, Thomas Markle, qal li bintu bkiet meta saret taf li hu ma kienx se jattendi għat-tieġ tagħha mal-Prinċep Harry. F’intervista waqt il-programm Good Morning Britain fuq…

Kurżitajiet

Il-partitarji Messikani u Kolumbjani wrew xi jfisser l-ispirtu tat-Tazza tad-Dinja meta refgħu partitarju Eġizzjan fis-siġġu tar-roti sabiex ikun jista’ jara lill-Eġittu jilgħabu kontra l-Uruguay. Għalkemm l-Eġittu tilfu kontra l-Uruguay b’0-1…

Barranin, Kurżitajiet

Il-plejer ta’ fama mondjali Cristiano Ronaldo kompla jikseb iktar ammiraturi wara l-ġest tiegħu biex iferraħ tifel imbikkem. Il-każ ġara qabel ma t-tim tal-Portugall telaq lejn ir-Russja biex jilgħab fil-logħob tat-Tazza…

Aktar