Stejjer Umani
Ara: Tfajla bil-bipolar ssib faraġ f’dik li tqis bħala t-tieni omm tagħha

Tfajla ta’ 24 sena bil-kundizzjoni Bi-Polar qalet li minn ħajja solitarja u dipressiva, illum qed tgħix ħajja feliċi grazzi għal mara li qed tiddedika ħajjitha għal żgħażagħ b’diżabiltà. Fiona Ellul Bonici tgħid li Maria Vidal saret it-tieni omm tagħha u ta’ tant żgħażagħ oħra b’diżablità.

Fiona Ellul Bonici li għandha l-kundizzjoni bi-polar kellha ħajjitha diffiċli ħafna, qabel ma’ ltaqgħet ma’ Maria Vidal, mara ta’ 69 sena li fl-aħħar ħmistax -il sena ddedikat parti minn ħajjitha għal żgħażagħ b’diżabilità li jattendu t-taħriġ tal-olimpijadi speċjali. Fiona qalet lil TVM li minħabba l-kundizzjoni tagħha kienet spiċċat dejjem waħidha d-dar għax kienet tħoss li ħadd ma jifimha minkejja l-imħabba li dejjem tawha l-ġenituri.

Fiona Ellul Bonici qalet “qabel ltqajt ma’ Maria kont dejjem id-dar, ommi tgħidli mur oħroġ, u jien le ma’ ħa nibqa’ hawn”.

Maria Vidal tista’ tgħid li għandha familja kbira ta’ żgħażagħ b’diżabilità li wħud minnhom tassistihom fl-isport tal-boċċi fl-olimpijadi speċjali, toħroġhom fi tmiem il-ġimgħa biex tferraħħhom u jsibu mod kif jżommu kumpanija lil xulxin. Maria tgħid li dawn iż-żgħażagħ huma l-mimmi t’għajnejha u tagħmel minn kollox biex tarahom ferħanin.

Maria Vidal qalet “allaħares ma kinux huma kemm jien għalihom u huma għalija,dawn it-tfal daħħluni f’imħabba kbira”.

Anki l-ġenituri ta’ dawn iż-żgħażagħ sabu wens kbir f’Maria Vidal mhux biss għax tat ħajja ġdida lil uliedhom iżda anki għax fiha jsibu ħafna faraġ.

Irene Camilleri qalet “għax nafu l-ġid li qed tagħmel mat-tfal tagħna, ħarġu bħal żgħażagħ oħrajn,inħobbuha ħafna”.

L-istorja ta’ Maria Vidal se tixxandar f’Umani għada s-Sibt fuq TVM.

Aħbarijiet Oħra
Storja

Magna ta’ ajruplan tal-gwerra, li possibilment iġġarraf fit-Tieni Gwerra Dinija, kienet irkurprata minn qiegħ il-baħar fil-bokka tal-Port il-Kbir wara ħidma konġunta bejn l-Università ta’ Malta, Heritage Malta u l-Forzi Armati….

Teknoloġija

Wara l-ajruplani, issa anke l-vetturi bdew jiġu jiġu mgħammra b’kaxxa sewda, li normalment tkun f’nofs il-vettura. Għalkemm s’issa din mhijiex obbligatorja, aktar manifatturi tal-karozzi qed jinkluduha. Fost aktar miżuri biex…

Infrastruttura

Waħda mill-kawżi ewlenin ta’ ħruġ ta’ drenaġġ fit-triq u fil-baħar ġejja minn katusi tal-ilma tax-xita li qed jitqabbdu direttament mas-sistema tad-drenaġġ. Jirriżulta li ħafna ma jafux li dan hu l-każ…

NGOs

Seba’ għaqdiet mhux governattivi Maltin se jwettqu tmien proġetti fl-Afrika bl-għajnuna ta’ madwar nofs miljun ewro mill-programm tal-għajnuna għall-iżvilupp tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. Il-proġetti jvarjaw minn skola ġdida għall-bniet f’żona rurali…

Aktar