Barranin
ARA: Tfal imbikkma waqt ir-reċta tal-Milied meta raw żewġ ommijiet jiġġieldu

Ir-reċta tal-Milied fi skola primarja ta’ Gela fl-Italja wasslet għall-ġlieda bejn żewġ ommijiet li sfrattat kollox.  Iż-żewġ ommijiet tlewmu dwar fejn hu l-aħjar post biex joqogħdu jiffilmjaw lil uliedhom.

L-atmosfera tal-Milied u l-ambjent skolastiku sfaxxa malajr meta flok messaġġ ta’ paċi u ferħ, it-tfal li kienu liebsin ta’ anġli u personaġġi tal-presepju bdew jibku u jolfqu minħabba li ħassewhom terrorizzati b’dak li ġara.

Il-ġlieda bejn iż-żewġ nisa bil-ponn, b’daqqiet ta’ sieq u daqqiet ta’ ħarta għaqdet tant li kien hemm xi familjari li spiċċaw involuti wkoll, tant li l-ommijiet l-oħrajn bdew jaqbdu lil uliedhom u jitilqu malajr mit-teatru fejn suppost kellha ssir ir-reċta.

Minħabba biża’ li setgħet tiggrava s-sitwazzjoni, kien hemm xi ħadd li ċempel lill-Pulizija li intervjenew mill-ewwel u arrestaw żewġ nisa u żewġt irġiel li kienu protagonisti fil-ġlieda.

Xi ommijiet oħra li ffilmjaw dak li kien qed iseħħ ġew interrogati wkoll biex jgħinu fl-investigazzjonijiet, fosthom biex jiġu identifikati iktar persuni li setgħu ħadu sehem fil-ġlieda.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-Qorti Suprema tal-Istati Uniti rtirat il-mandati ta’ inibizzjoni maħruġa mill-ewwel Qorti, li kienu qed iwaqqfu milli tiġi infurzata l-liġi kontra persuni trans fl-armata. Din il-liġi kontroversjali, li tippermetti lill-armata tkeċċi…

Barranin

Emiliano Sala, plejer Arġentin li kien fi triqtu biex jingħaqad mal-klabb il-ġdid Cardiff City, ma nstemax b’aħbaru. Ilbieraħ, huwa kien abbord ajruplan żgħir li telaq minn Nantes fi Franza u…

Barranin

Il-kantant Amerikan Chris Brown ġie arrestat f’Pariġi fuq allegat stupru u użu eċċessiv ta’ droga. Brown qed jinżamm arrestat flimkien ma’ żewġ persuni oħra li għadhom ma ġewx identifikati. L-ambaxxata…

Barranin

Ftit jiem qabel l-inawgurazzjoni tal-ftuħ ta’ lukanda f’Liverpool, ħaddiem baqa’ dieħel intenzjonalment fil-faċċata tal-binja b’digger. Diversi sorsi qed jirrappurtaw li ħaddiem li ma baqa’ ma tħallasx ta’ xogħlu mill-kuntrattur tal-lukanda…

Aktar