Għawdex
ARA: Tfal jiġbdu l-Arċipriet il-ġdid biex jieħu l-pussess fiż-Żebbuġ

Ilbieraħ il-Parroċċa taż-Żebbuġ Għawdex kellha Arċipriet ġdid wara li l-Kanonku Ġwann Sultana ħa l-pussess tiegħu.

Huwa mar il-Knisja Parrokkjali f’karozza Porsche Boxster li nġiebdet minn diversi tfal.

Il-Kanonku Ġwann Sultana nħatar Arċipriet mill-Isqof t’Għawdex Mario Grech, wara li rriżenja Kan. Reuben Micallef.

Dun Ġwann Sultana twieled ix-Xagħra, Għawdex nhar is-26 ta’ Mejju 1971. Wara li temm l-istudji fis-Seminarju Maġġuri ta’ Għawdex, ġie ordnat saċerdot fil-21 ta’ Ġunju 1996. Beda l-ħidma pastorali tiegħu fil-Parroċċa ta’ Santa Luċija f’Ruma, u studja fl-Università Pontifiċja Salesjana.

Sa mill-1998 kellu l-kura pastorali tal-Knisja ta’ Sant’Anton Abbati fix-Xagħra. Fis-sena 2000 ġie maħtur Direttur tal-Istamperija djoċesana Gozo Press, kariga li dam jokkupa sal-2013. Ġie maħtur Kanonku tal-Kolleġġjata ta’ Marija Bambina fix-Xagħra fis-sena 2000. Għallem fl-Iskola Sekondarja tal-Konservatorju tal-Isqof u preżentement hu għalliem fis-Seminarju Minuri ta’ Għawdex.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

It-temi marbuta mal-Unjoni Ewropea li fl-aħħar jumejn ġew diskussi fil-Kunsill Ewropew fi Brussell, qed ikomplui jiġu diskussi llejla f’Villa Francia f’Ħal-Lija, f’working lunch bejn il-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Prim…

Brexit

L-aħħar Kunsill Ewropew taħt il-Presidenza Awstrijaka ntemm fi Brussell bi ftit li xejn progress fuq il-kwistjoni Brexit. Il-Prim Ministru Ingliża Theresa May dehret iffastidjata b’kummenti tal-President tal-Kummissjoni Ewropea, Jean-Claude Juncker…

Ikel

L-awtoritajiet edukattivi u tas-saħħa komplew isostnu d-deċiżjoni li ttieħdet biex fil-parties tat-tfal fl-iskejjel, l-ikel u x-xorb provdut ikun skont lista approvat biex ikun evitat ċertu ikel li mhuwiex tajjeb għas-saħħa….

Parlament

L-Ispeaker Anġlu Farrugia inawgura wirja artistika b’riżq id-Dar tal-Providenza li qed tittellgħa fil-Parlament ta’ Malta. L-Ispeaker Farrugia faħħar lill-fundatur tad-Dar tal-Providenza, il-Monsinjur Dun Mikiel Azzopardi, li ddedika l-ħidma pastorali tiegħu…

Aktar