Lokali
ARA: Tfal Maltin jibdew jaraw il-pornografija mill-età ta’ 9 snin

Waqt il-programm TVAM, ġie diskuss kif tfal Maltin bl-etajiet bejn id-9 u l-11 -il sena qegħdin jaraw il-pornografija.

Skont Matthew Bartolo, counsellor li jispeċjalizza fl-analiżi tar-relazzjonijiet u s-sess, dan kollu qed iħalli effetti psikoloġiċi fuq it-tfal tant li meta jilħqu l-età ta’ maturità jibdew jesperjenzaw problemi emozzjonali u psikoloġiċi. Huwa qal ukoll li kull xahar, madwar 9 minuri jispiċċaw jidħlu fi kriżi psikologika minħabba li jkunu esponew ruħhom għall-pornografija minn żmien bikri.

Issemma’ wkoll li f’Malta, id-19 l-aktar sit popolari f’pajjiżna mat-tfal bejn is-6 snin u 14-il sena huwa wieħed pornografiku.

Bartolo qal li din hija realtà li għandha bżonn tiġi studjata u indirizzata f’aktar dettall.

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Mandy Vella li għandha 24 sena biss qed tgħix bi tbatija kbira minħabba li tbati b’Cystic Fibrosis. Hija tgħid li din qed taffettwalha l-pulmun u l-firxa, tbati bil-qtugħ ta’ nifs…

Avjazzjoni

Fl-istorja Maltija tal-avvjazzjoni, l-1969 ma kinitx l-isbaħ paġna. F’temp ta’ tliet xhur, nofs seklu ilu, seħħew żewġ disgrazzji tal-ajru b’ajruplani militari. L-istorja tagħhom hija fost kważi elf inċident tal-ajruplan li…

Lokali

Il-Fondazzjoni Blue Light, imwaqqfa mis-Surġent Simon Schembri mistennija tiftaħ l-ewwel dar tagħha biex tilqa’ fiha uffiċjali tal-forzi dixxiplinati li jweġġgħu waqt il-qadi ta’ dmirijiethom. Il-Ħadd filgħodu f’Ħal Safi saret attività…

Għawdex

Dalgħodu f’Dar Arka, Għajnsielem, saret quddiesa mmexxija mill-Isqof ta’ Għawdex, Mario Grech bħala talba ta’ radd il-ħajr lil Alla fi tmiem il-mandat tal-President Marie-Louise Coleiro Preca. Fi kliem il-President, l-Ewkaristija…

Aktar