Kultura
ARA: Tfal u kbar jingħaqdu biex jagħtu l-ħajja lil sengħa li qed tintilef

Fil-kampanja tar-raħal pittoresk tal-Għarb, fi tmiem din il-ġimgħa qed jiġi organizzat għall-ewwel darba il-Festival Internazzjonali tat-Tajr u r-Riħ. Dan qed joffri spettaklu ta’ lwien fis-smewwiet, u opportunità biex it-tfal jitgħallmu sengħa li kulma jmur qiegħda tintilef; il-maniffattura tat-tajr.

Ir-riħ li ħakem il-gżejjer Maltin kien barka għall-ewwel edizzjoni tal-Festival Internazzjonali tat-Tajr u r-Riħ organizzat fil-kampanja qrib il-kappella ta’ San Dimitri, fl-Għarb. Is-Sibt filgħodu l-għelieqi fl-inħawi kien fihom għaxqa b’ħafna attività; tfal jitgħallmu, adulti u anzjani jtajru, u s-smewwiet b’forom u lwien differenti.

Il-festival, organizzat mill-Kunsill Lokali tal-Għarb u l-Ministeru għal Għawdex, għaqqad flimkien għadd ta’ pajjiżi u kulturi, għax fih qed jieħdu sehem mal-ħmistax-il delegazzjoni mill-erbat irjieħ tad-dinja, fosthom il-Ġermanja, il-Brażil, il-Vjetnam, il-Ġappun u l-Arġentina.

Din kienet tradizzjoni popolari ħafna f’Għawdex fost it-tfal u l-familji, iżda maż-żmien tista’ tgħid li ntilfet. Is-Sindku tal-Għarb, David Apap Agius, qal li fl-għodwa tas-Sibt kien hemm madwar 350 tifel u tifla li ngħataw taħriġ dwar kif jagħmlu t-tajra tagħhom.

Il-qofol tal-festival jintlaħaq il-Ħadd meta tiġi ċċelebrata l-festa ta’ San Dimitri b’fiera u l-ħruq ta’ ħuġġieġa tradizzjonali. It-tfal se jkollhom opportunità li jagħtu spettaklu bit-tajr li ħadmu huma stess u se jkun hemm kompetizzjoni għall-isbaħ tajr.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Begtash Muka, Albaniż ta’ 27 sena, tressaq il-Qorti akkużat li l-Ħadd filgħodu bejn id-9am u l-9.45am daħal mingħajr permess fil-barracks ta’ Ħal Safi bil-ħsieb li jagħmel reat. Muka kien ilu…

Qorti

Sewwieq ta’ mutur se jingħata iktar minn €20,000 f’kumpens għad-danni li sofra meta kien involut f’inċident tat-traffiku 4 snin ilu. Agostino Schembri kien indarab serjament meta kien qed isuq il-mutur…

Kronaka

Għall-ħabta tal-4.00 ta’ waranofsinhar il-Forzi Armati tellgħu katavru ta’ mara mill-baħar. Il-katavru ntlemaħ fl-inħawi ta’ Għar Lapsi, bil-Pulizija li daħlitilha l-ewwel informazzjoni ftit qabel it-3.30pm. L-ewwel tfittxija għall-katavru bdiet b’ħelikopter…

Qorti

It-tanker M/T Krone, irreġistrat Sierra Leone, ġie ordnat mill-Qorti biex iħallas is-somma ta’ €138,455.55 għal servizzi marittimi mogħtija mill-kumpanija Maltija Mediterranean Trading Shipping. Il-kumpanija fetħet kawża f’Settembru li għadda biex…

Aktar