Festi
ARA: Tgħid inżammet it-tradizzjoni tal-ewwel għawma f’San Girgor?

L-Erbgħa ta’ fuq l-Għid, iċċelebrata l-festa ta’ San Girgor…popolari l-aktar fin-nofsinhar ta’ Malta. B’aktar minn ħames mitt sena ta’ storja, il-festa żammet uħud mit-tradizzjonijiet marbuta magħha.

L-aspett reliġjuż fiż-Żejtun u l-aspett rikreattiv f’Marsaxlokk . . . żewġ lokalitajiet ġirien li rabtu isimhom mal-festa annwali ta’ San Girgor b’għeruq li jmorru lura għall-bidu tas-seklu sittax. Tradizzjonali l-għana li ħolqot atmosfera ferrieħa għall-Maltin u t-turisti . . . mid-daqq tal-premiżmi ….

In-nies ammiraw xogħlijiet tal-idejn bħan-newl, filugranu, fuħħar, ħġieġ u bizzilla. Popolari wkoll il-logħob tat-tombla . . . u bħal dejjem, la hemm il-Maltin, l-ikel ma jonqosx.

Ġiljan Attard jiftakar b’nostalġija l-festa minn ċkunitu u bħala sajjied, l-memorji tiegħu huma minsuġa fir-raħal pittoresk ta’ Marsaxlokk.

”U meta konna żġħar konna nieħdu sehem fiha u membri tal-familja u nies oħrajn,, u dejjem ikun hemm dawk il-volontiera.. u per eżempju kien ikun hawn min, imma kienet attività żgħira…mhux kif inhu llum, dan is-suq kollu! U kienu jsajru u hekk, u fi ċkuniti konna naqbdu minn hemmhekk mill-magħluq, l-arzell u nbiegħuh għal San Girgor.”

Tradizzjonalment, San Girgor huwa assoċjat ukoll mal-ewwel għawma tal-istaġun. Dawk li tkellimna magħhom kemmxu wiċċhom meta staqsejnihom jekk kienux se jieħu l-ewwel għawma . . . forsi għaliex ix-xemx, għal ħafna mill-ħin, staħbiet wara s-sħab.

FIl-Knisja ta’ San Ġirgor fiż-Żejtun ġiet iċċelebrata quddiesa. Wara, barra l-knisja mużika folkloristika bl-inizattiva ta’ Festivals Malta fi ħdan il-Ministeru tal-Kultura.

Il-Ministru tal-Kultura, Owen Bonnici qal ”il-festa ta’ San Girgor hija waħda mit-tleit festi tradizzjonali tal-Għannejja u ridniha tieħu r-ruħ… u dak li għamilna…”

It-tfal sabu żvog f’logħob tradizzjonali.

Festivals Malta ħadet l-okkażjoni tniedi l-Għanafest li jsir fil-bidu tas-Sajf. Id-Direttur Artistiku, Tiziana Calleja qalet li l-festival se jgħaqqad elementi tradizzjonali, moderni u kontemporanji.

Id-Direttur Artistiku ta’ Għanafest, Tiziana Calleja qalet “se jkun hemm bands bħal The Travellers, Skult, Mistura li se jużaw l-lingwa tagħna u mbagħad se jkun hemm Sharazad u bands b’indluwenzi madwar id-dinja li se jagħmlu kollabroazzjoni ġewwa l-ġonna tal-Argotti.”

It-12-il edizzjoni ta’ Għanafest se jsir fil-21 u t-22 ta’ Ġunju fil-Ġonna tal-Argotti, il-Furjana.

 

Aħbarijiet Oħra
Storja

Magna ta’ ajruplan tal-gwerra, li possibilment iġġarraf fit-Tieni Gwerra Dinija, kienet irkurprata minn qiegħ il-baħar fil-bokka tal-Port il-Kbir wara ħidma konġunta bejn l-Università ta’ Malta, Heritage Malta u l-Forzi Armati….

Teknoloġija

Wara l-ajruplani, issa anke l-vetturi bdew jiġu jiġu mgħammra b’kaxxa sewda, li normalment tkun f’nofs il-vettura. Għalkemm s’issa din mhijiex obbligatorja, aktar manifatturi tal-karozzi qed jinkluduha. Fost aktar miżuri biex…

Infrastruttura

Waħda mill-kawżi ewlenin ta’ ħruġ ta’ drenaġġ fit-triq u fil-baħar ġejja minn katusi tal-ilma tax-xita li qed jitqabbdu direttament mas-sistema tad-drenaġġ. Jirriżulta li ħafna ma jafux li dan hu l-każ…

NGOs

Seba’ għaqdiet mhux governattivi Maltin se jwettqu tmien proġetti fl-Afrika bl-għajnuna ta’ madwar nofs miljun ewro mill-programm tal-għajnuna għall-iżvilupp tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. Il-proġetti jvarjaw minn skola ġdida għall-bniet f’żona rurali…

Aktar